17 Fl-aħħar waslu s-Samarija. U ħabat għal dawk kollha li kien għad fadal minn dar Aħab fis-Samarija, sakemm qeridhom għalkollox,+ skond il-kelma li Ġeħova kien qal lil Elija.+
30 Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Ġeħu: “Talli aġixxejt tajjeb billi għamilt dak li hu sewwa f’għajnejja,+ u għamilt mid-dar t’Aħab skond kulma kelli f’qalbi,+ uliedek joqogħdu għan-nom tiegħek fuq it-tron taʼ Israel sar-rabaʼ ġenerazzjoni.”+