7 U iżjed minn hekk, hu bagħat jgħid lil Ġeħosafat is-sultan taʼ Ġuda: “Is-sultan taʼ Mowab irvella kontrija. Tiġi miegħi Mowab għall-gwerra?” Għal dan, qallu: “Niġi.+ Jien għal miegħek; in-nies tiegħi għal man-nies tiegħek;+ iż-żwiemel tiegħi għal maż-żwiemel tiegħek.”
3 U Aħab, is-sultan taʼ Israel, qal lil Ġeħosafat, is-sultan taʼ Ġuda: “Tiġi miegħi Ramot-gilegħad?”+ Wieġbu: “Jien għal miegħek, u n-nies tiegħi għal man-nies tiegħek u miegħek fil-gwerra.”+
14 Tintrabtux taħt madmad li mhux indaqs maʼ dawk li ma jemmnux.+ Għax xi sħubija hemm bejn il-ġustizzja u l-ksur tal-liġi?+ Jew x’għandu x’jaqsam id-dawl mad-dlam?+