-
2 Kronaki 14:2Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
2 U Asa għamel dak li hu tajjeb u sewwa f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħu.
-
-
2 Kronaki 14:11Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
11 U Asa beda jsejjaħ lil Ġeħova Alla tiegħu+ u jgħid: “O Ġeħova, biex tgħinna, għalik ma jimpurtax jekk ikunux ħafna jew bla qawwa.+ Għinna, O Ġeħova Alla tagħna, għax fuqek nistrieħu aħna,+ u f’ismek+ ġejna kontra din il-kotra. O Ġeħova, int Alla tagħna.+ Tħallix li l-bniedem mortali jkun iktar b’saħħtu minnek.”+
-
-
2 Kronaki 15:8Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
8 U malli Asa semaʼ dan il-kliem u l-profezija tal-profeta Għoded,+ għamel il-kuraġġ u ġiegħel li l-affarijiet moqżieża+ jgħibu mill-art kollha taʼ Ġuda u taʼ Benjamin u mill-bliet li kien rebaħ mir-reġjun muntanjuż t’Efrajm,+ u ġedded l-artal taʼ Ġeħova li kien hemm quddiem il-loġġa taʼ Ġeħova.+
-