30 Ġużeppi kien mgħaġġel issa, għaliex ħass ġewwinih jitqanqal għal ħuh,+ u għalhekk fittex post fejn jibki u daħal f’kamra taʼ ġewwa u beka hemmhekk.+
20 “M’huwiex Efrajm iben prezzjuż għalija, tifel li nittrattah b’għożża?+ Għax daqskemm tkellimt kontrih daqshekk ieħor niftakar fih fit-tajjeb.+ Għalhekk, il-ġewwieni* tiegħi tqanqal għalih.+ Żgur tiġini ħasra minnu,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
8 “Kif nistaʼ nitilqek, O Efrajm?+ Kif nistaʼ nagħtik f’idejn ħaddieħor, O Israel?+ Kif nistaʼ nagħmlek bħal Adma?+ Kif nistaʼ nagħmillek bħalma għamilt lil Sebojim?+ Qalbi nbidlet ġewwa fija;+ fl-istess ħin il-mogħdrijiet tiegħi tqanqlu.