LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġenesi 3:24
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 24 U hekk keċċa lill-​bniedem ’il barra, u fil-​lvant tal-​ġnien taʼ l-​Għeden+ qiegħed il-​kerubini+ u x-​xafra taqbad taʼ xabla li kienet iddur kontinwament biex tgħasses it-​triq lejn is-​siġra tal-​ħajja.

  • Eżodu 25:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 U tagħmel żewġ kerubini tad-​deheb. Għandek tagħmilhom maħdumin bil-​martell fuq iż-​żewġt itruf taʼ l-​għatu.+

  • 1 Slaten 6:27
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 27 Imbagħad poġġa l-​kerubini fid-​dar taʼ ġewwa, u ġwinħajn il-​kerubini kienu mifruxin.+ B’hekk, il-​ġewnaħ taʼ wieħed kien jilħaq il-​ħajt u l-​ġewnaħ tal-​kerubin l-​ieħor kien jilħaq il-​ħajt l-​ieħor; u ġwinħajhom kienu lejn nofs id-​dar, imissu ġewnaħ maʼ ġewnaħ.+

  • 1 Kronaki 28:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 u għall-​artal taʼ l-​inċens,+ deheb irfinut bl-​użin u għar-​rappreżentazzjoni tal-​karru,+ jiġifieri, il-​kerubini+ tad-​deheb biex jifirxu ġwinħajhom u jgħattu l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova.

  • 2 Kronaki 3:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 U ssokta jiksi d-​dar, it-​travi, l-​għetiebi, il-​ħitan tagħha, u l-​bibien tagħha bid-​deheb;+ u naqqax il-​kerubini fuq il-​ħitan.+

  • Eżekjel 41:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 U kien hemm kerubini+ u siġar tal-​palm minquxin,+ b’tinqix taʼ siġra tal-​palm bejn kerubin u ieħor, u l-​kerubin kellu żewġ uċuħ.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja