48 U jkollok taqdi lill-għedewwa tiegħek,+ li Ġeħova jibgħat kontrik, bil-ġuħ,+ bl-għatx, bl-għera, u bl-għaks f’kollox; u jpoġġilek madmad tal-ħadid fuq għonqok sakemm iġibek fix-xejn.+
22 “U l-ġenerazzjoni tal-futur, uliedkom li jiġu warajkom, se tgħid, kif ukoll il-barrani li jiġi minn art imbiegħda, saħansitra meta huma jkunu raw il-kastigi taʼ din l-art u l-mard tagħha li Ġeħova marradha bihom,+
12 Fl-aħħar, Ġeħojakin is-sultan taʼ Ġuda ħareġ għand is-sultan taʼ Babilonja,+ hu flimkien m’ommu+ u l-qaddejja tiegħu u l-prinċpijiet tiegħu u l-uffiċjali tal-palazz tiegħu; u s-sultan taʼ Babilonja ħadu bħala lsir fit-tmien+ sena tiegħu bħala sultan.
11 Fl-aħħar, Ġeħova ġab kontrihom+ il-kapijiet taʼ l-armata tas-sultan taʼ l-Assirja,+ u għalhekk qabdu lil Manasse qalb il-ħofor+ tal-blat u rabtuh+ b’żewġ ktajjen tar-ram aħmar u ħaduh Babilonja.