16 U Manasse xerred ukoll kwantità kbira wisq taʼ demm innoċenti,+ sakemm mela lil Ġerusalemm minn tarf sa tarf, minbarra d-dnub li bih ġiegħel lil Ġuda jidneb billi jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+
26 Madankollu, Ġeħova ma reġax lura mit-tħeġġiġ kbir tar-rabja tiegħu, li bih ir-rabja tiegħu kienet qed tħeġġeġ kontra Ġuda+ minħabba l-affarijiet kollha li bihom Manasse ġegħelhom joffenduh.+
11 Fl-aħħar, Ġeħova ġab kontrihom+ il-kapijiet taʼ l-armata tas-sultan taʼ l-Assirja,+ u għalhekk qabdu lil Manasse qalb il-ħofor+ tal-blat u rabtuh+ b’żewġ ktajjen tar-ram aħmar u ħaduh Babilonja.
13 U baqaʼ jitolbu, u b’hekk Hu ħallieh jitolbu bil-ħrara+ u Hu semaʼ s-supplika* tiegħu għall-ħniena u reġġgħu lura lejn Ġerusalemm, lejn saltnatu;+ u Manasse għaraf li Ġeħova hu l-Alla l-veru.+