11 jew min jagħmel xi magħmul+ fuq ħaddieħor jew xi ħadd li jikkonsulta maʼ medjum taʼ l-ispirti+ jew min xogħlu hu li jbassar il-ġrajjiet+ jew xi ħadd li jistħarreġ dwar il-mejtin.+
6 U għadda lil ibnu stess min-nar,+ u pprattika l-maġija+ u fittex sinjali li bihom jaqra l-futur u ħatar medji taʼ l-ispirti+ u nies li xogħolhom kien li jbassru+ l-ġrajjiet. Għamel kemm felaħ dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, biex joffendih.
19 U jekk jgħidulkom: “Staqsu lill-medji taʼ l-ispirti+ jew lil dawk bi spirtu taʼ tbassir li qed ifesfsu+ u jitkellmu minn taħt l-ilsien,” m’huwiex lil Alla tiegħu li poplu għandu jistaqsi?+ Għandhom persuni mejtin jiġu mistoqsijin għan-nom taʼ persuni ħajjin?+
16 U ġara li aħna u sejrin lejn il-post tat-talb, iltaqgħet magħna waħda qaddejja li kellha spirtu,+ demonju tat-teħbir.+ Lis-sidien tagħha kienet tipprovdilhom ħafna qligħ+ billi tipprattika l-arti tat-tbassir.