12 Sadanittant, Eliżew kien qed jara kollox, u beda jgħajjat: “Missieri, missieri,+ il-karru tal-gwerra taʼ Israel u r-rikkieba taż-żwiemel tiegħu!”+ U ma rahx iktar. Għaldaqstant qabad ħwejġu u ċarrathom fi tnejn.+
13 Issa l-qaddejja tiegħu resqu lejh u kellmuh u qalu: “Missieri,+ kieku kienet ħaġa kbira li qallek il-profeta, ma kontx tagħmilha? Kemm iktar, mela, ladarba qallek, ‘Inħasel u ndaf’?”
14 U Eliżew+ marad bil-marda li kien se jmut biha.+ Għalhekk, Ġeħogħas is-sultan taʼ Israel niżel għandu u beda jibki fuq wiċċu u jgħid: “Missieri,+ missieri, il-karru tal-gwerra taʼ Israel u r-rikkieba taż-żwiemel tiegħu!”*+