45 “U dawn is-saħtiet+ kollha jiġu fuqek u jiġru warajk u jilħquk sakemm tinġieb fix-xejn,+ għaliex ma tkunx smajt minn leħen Ġeħova Alla tiegħek biex tħares il-kmandamenti tiegħu u l-istatuti tiegħu li kkmandak.+
63 “U jrid iseħħ li bħalma Ġeħova feraħ minħabba fikom biex jagħmlilkom il-ġid u jkattarkom,+ hekk Ġeħova jifraħ minħabba fikom biex jeqridkom u jġibkom fix-xejn;+ u titqaċċtu minn fuq wiċċ l-art li int sejjer fiha biex tiħodha f’idejk.+
16 Kien dak iż-żmien li Menaħem ħareġ minn Tirsa u ħabat għal Tifsa u kulma kien hemm fiha u t-territorju tagħha; ma ċeditlux, u għalhekk ħabat għaliha. U ċarrtilha n-nisa tqal tagħha kollha.+
14 U qamet rewwixta fost nieskom,+ u l-bliet fortifikati tagħkom se jkunu rovinati kollha,+ bħar-rovina li għamel Salman minn dar Arbel, fil-jum tal-battalja meta omm tfarrket maġenb uliedha stess.+