31 U ġara, bħallikieku kienet ħaġa żgħira+ li jimxi fid-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li hu ħa b’martu+ lil Ġeżabel+ bint Etbagħal, is-sultan tas-Sidonin,+ u beda jmur u jaqdi lil Bagħal+ u jmil quddiemu.
4 Meta Ġeżabel+ kienet qiegħda teqred lill-profeti taʼ Ġeħova,+ Għobadija ħa mitt profeta u żammhom moħbijin fl-għerien ħamsin, ħamsin, u pprovdielhom il-ħobż u l-ilma.)+
2 Għalhekk, Ġeżabel bagħtet messaġġier għand Elija, tgħidlu: “Jalla jagħmlu hekk l-allat,+ u iktar minn hekk,+ jekk s’għada bħalissa ma nkunx għamilt minn ruħek bħalma sar minn ruħ kull wieħed minnhom!”
7 Imbagħad martu Ġeżabel qaltlu: “Hekk int issaltan fuq Israel?+ Qum, kul u ħalli qalbek tifraħ. Jien stess nagħtik l-għalqa tad-dwieli taʼ Nabot il-Ġeżragħeli.”+