22 Sa fl-aħħar, ulied Israel għaddew minn nofs il-baħar fuq art niexfa,+ waqt li l-ilmijiet kienu għalihom bħal ħajt fuq il-lemin tagħhom u fuq ix-xellug tagħhom.+
17 Sadanittant, il-qassisin li kienu qed iġorru l-arka tal-patt taʼ Ġeħova baqgħu weqfin bla ma jitħarrku fuq art niexfa+ f’nofs il-Ġordan waqt li Israel kollu kien għaddej fuq art niexfa,+ sakemm il-ġens kollu kien qasam għan-naħa l-oħra tal-Ġordan.
14 Imbagħad ħa l-libsa t’Elija li kienet waqgħet minn fuqu u laqat l-ilmijiet+ u qal: “Fejn hu Ġeħova l-Alla t’Elija, iva, Hu?”+ Meta laqat l-ilmijiet, bil-mod il-mod dawn inferqu ’l hemm u ’l hawn, u Eliżew qasam għan-naħa l-oħra.
15 U Ġeħova se jnixxef ilsien il-baħar Eġizzjan,+ u jxejjer idu lejn ix-Xmara+ bir-riħ jaħraq tiegħu. U jsawwatha fis-sebaʼ nixxigħat tagħha, u hu jġiegħel lin-nies jimxu bis-sandli tagħhom.+