1 Slaten
7 U Salamun dam jibni daru tlettax-il sena,+ u hekk lesta daru minn kollox.+
2 U bena d-Dar tal-Foresta tal-Libanu+ b’tul taʼ mitt kubitu, wisaʼ taʼ ħamsin kubitu, u għoli taʼ tletin kubitu, fuq erbaʼ ringieli kolonni taʼ l-injam taċ-ċedru; u fuq il-kolonni kien hemm travi+ taċ-ċedru. 3 U l-parti taʼ fuq tad-dar kienet miksija bl-injam taċ-ċedru+ u kienet tistrieħ fuq it-travi li kienu fuq il-ħamsa u erbgħin kolonna. Kien hemm ħmistax f’ringiela. 4 U kellha tliet ringieli twieqi bil-gwarniċ, fetħa għad-dawl+ faċċata taʼ fetħa oħra għad-dawl fi tliet saffi. 5 U d-daħliet kollha u l-koxox tal-bibien kellhom gwarniċ kwadru,+ kif kellha wkoll in-naħa taʼ quddiem taʼ fetħa għad-dawl faċċata taʼ fetħa għad-dawl fi tliet saffi.
6 U l-Loġġa tal-Kolonni għamilha twila ħamsin kubitu u wiesgħa tletin kubitu; u quddiemhom kien hemm loġġa oħra bil-kolonni u msaqqfa.
7 U għamel il-loġġa tal-ġudizzju fejn kien jiġġudika,+ il-Loġġa tat-Tron;+ u ksewha bl-injam taċ-ċedru mill-art sat-travi tas-saqaf.+
8 U d-dar tiegħu fejn kellu jgħammar, fil-bitħa l-oħra,+ kienet lil hinn mid-dar tal-Loġġa. Kienet maħduma bħalha. U Salamun bena dar bħal din il-Loġġa għal bint il-Fargħun,+ li hu kien ħadha b’martu.
9 Dawn kollha kienu minn ġebel jiswa ħafna flus+ maqtugħ skond il-qisien, minġur, u maqtugħ bis-serrieq tal-ġebel, minn ġewwa u minn barra, u mill-pedament sal-gwarniċun, u minn barra sal-bitħa l-kbira.+ 10 U l-ġebel jiswa ħafna flus imqiegħed bħala pedament kien ġebel kbir, ġebel t’għaxar kubiti u ġebel taʼ tmien kubiti. 11 U fuqu kien hemm ġebel jiswa ħafna flus maqtugħ skond il-qisien, minġur, u wkoll injam taċ-ċedru. 12 U l-bitħa l-kbira kellha ħajt dawramejt bi tliet filati+ ġebel minġur u filata travi taċ-ċedru; u hekk ukoll kienu l-bitħa taʼ ġewwa+ tad-dar+ taʼ Ġeħova, u l-loġġa+ tad-dar.
13 U s-Sultan Salamun bagħat għal Ħiram+ biex jiġi minn Tir. 14 Dan kien bin armla mit-tribù taʼ Naftali, u missieru kien raġel minn Tir,+ ħaddiem fir-ram aħmar.+ Kien mimli għerf dwar kull xorta taʼ xogħol fir-ram aħmar u kien jifhem fih+ u jaf ħafna dwaru. Għaldaqstant, hu ġie għand is-Sultan Salamun u beda jagħmel ix-xogħol kollu li kellu.
15 U fforma ż-żewġ kolonni mir-ram aħmar imdewweb,+ kull kolonna twila tmintax-il kubitu, u l-qjies tad-dawra taʼ kull waħda miż-żewġ kolonni kien taʼ tnax-il kubitu.*+ 16 U għamel żewġ kaptelli għal fuq il-kolonni, magħmulin minn ram aħmar imdewweb.+ L-għoli taʼ kaptell minnhom kien ħames kubiti, u l-għoli tal-kaptell l-ieħor kien ħames kubiti. 17 Kien hemm xbieki, u ktajjen immaljati bħala ornamenti,+ għall-kaptelli li kienu fuq il-kolonni;+ sebgħa għal kaptell minnhom, u sebgħa għall-kaptell l-ieħor. 18 U għamel żewġ ringieli rummien dawramejt fuq kull parti maħduma xibka biex jiksi l-kaptelli li kienu fuq il-kolonni; u l-istess għamel għall-kaptell l-ieħor.+ 19 U l-kaptelli li kienu fuq il-kolonni ħdejn il-loġġa kellhom għamla taʼ ġilju+ għoli erbaʼ kubiti. 20 U l-kaptelli kienu fuq iż-żewġ kolonni u eżatt fuq iż-żaqq li kienet imdawra bil-parti maħduma xibka; u kien hemm mitejn rummiena+ f’ringieli dawramejt maʼ kull kaptell.
21 U waqqaf il-kolonni+ tal-loġġa+ tat-tempju. Waqqaf il-kolonna tal-lemin u sejħilha Ġakin,* u mbagħad waqqaf il-kolonna tax-xellug u sejħilha Bogħaż.* 22 U fuq ras il-kolonni kien hemm għamla taʼ ġilju. U bil-mod il-mod ix-xogħol tal-kolonni tlesta.
23 U għamel il-baħar* minn metall imdewweb+ għaxar kubiti minn xifer sa xifer, u kien tond; u l-għoli tiegħu kien ħames kubiti, u kien jeħtieġ ħabel taʼ tletin kubitu biex idur miegħu dawramejt.+ 24 U kien hemm ornamenti+ għamla taʼ qargħa*+ taħt ix-xifer tiegħu dawramejt, għaxra f’kubitu wieħed, madwar il-baħar kollu,+ b’żewġ ringieli t’ornamenti għamla taʼ qargħa mdewbin miegħu fl-istess forma. 25 Kien wieqaf fuq tnax-il barri,+ tlieta jħarsu lejn it-tramuntana, tlieta jħarsu lejn il-punent, tlieta jħarsu lejn in-nofsinhar, u tlieta jħarsu lejn il-lvant; u l-baħar kien fuqhom, u l-warrani tagħhom kien lejn in-nofs.+ 26 U l-ħxuna tiegħu kienet wisaʼ taʼ id;+ u x-xifer tiegħu kien maħdum bħax-xifer taʼ kies, bħal warda tal-ġilju.+ U kien ikun fih+ elfejn bat+ ilma.
27 U mbagħad għamel għaxar karrijiet+ tar-ram aħmar, kull karru twil erbaʼ kubiti, wiesaʼ erbaʼ kubiti, u għoli tliet kubiti. 28 U l-karrijiet kienu maħdumin hekk: kellhom panewijiet fil-ġnub, u l-panewijiet tal-ġnub kienu bejn it-traversi. 29 U fuq il-panewijiet tal-ġnub li kienu bejn it-traversi kien hemm iljuni,+ barrin,+ u kerubini,+ kif ukoll fuq it-traversi. Fuq u taħt l-iljuni u l-barrin kien hemm girlandi+ mdendlin. 30 U kull karru kellu erbaʼ roti tar-ram aħmar, b’fusien tar-ram aħmar; u l-erbaʼ partijiet tal-kantunieri kienu jservu taʼ riffidiet għalihom. Ir-riffidiet, li kienu fformati bil-girlandi għaddejjin minn riffieda għal oħra, kienu taħt il-vaska. 31 U l-qjies tal-fetħa tagħha, minn ġewwanett sar-riffidiet u ’l fuq, kien taʼ [?] kubiti;* u l-fetħa tal-karru kienet tonda, f’għamla taʼ pedestall għoli kubitu u nofs, u fuq il-fetħa tiegħu kien hemm affarijiet minquxin. U l-panewijiet tal-ġnub kienu kwadri, mhux tondi. 32 U l-erbaʼ roti kienu taħt il-panewijiet tal-ġnub, u r-roti kellhom riffidiet li kienu taħt il-ġnub tal-karru; u kull rota kienet għolja kubitu u nofs. 33 U r-roti kienu maħdumin bħar-roti taʼ mirkeb.+ Ir-riffidiet tagħhom u ċ-ċrieki tagħhom u l-imgħażel tagħhom u l-buttun tagħhom kienu kollha magħmulin mill-metall imdewweb. 34 U kien hemm erbaʼ riffidiet maʼ l-erbaʼ kantunieri taʼ kull karru; ir-riffidiet kienu biċċa waħda mal-karru. 35 U fin-naħa taʼ fuq tal-karru kien hemm pedestall għoli kubitu u nofs, bid-dawra tonda; u l-ġnub u l-panewijiet tal-ġnub fin-naħa taʼ fuq tal-karru kienu biċċa waħda miegħu. 36 Iżjed minn hekk, hu naqqax+ fuq il-pjanċi taʼ ġnubu u fuq il-panewijiet tiegħu tal-ġnub kerubini, iljuni u siġar tal-palm skond l-ispazju tagħhom, u girlandi dawramejt.+ 37 Hekk għamilhom l-għaxar karrijiet;+ kollha fformati bl-istess mod,+ bl-istess qjies, bl-istess għamla.
38 U għamel għaxar vaski+ tar-ram aħmar. Kull vaska kienet tesaʼ erbgħin bat. Kull vaska kienet erbaʼ kubiti. Kien hemm vaska waħda fuq kull wieħed mill-għaxar karrijiet. 39 Imbagħad qiegħed ħames karrijiet fuq in-naħa tal-lemin tad-dar, u ħamsa fuq ix-xellug tad-dar;+ u l-baħar qiegħdu fuq in-naħa tal-lemin tad-dar fil-lvant, lejn in-nofsinhar.+
40 U Ħiram+ għamel il-vaski+ u l-pali+ u l-iskutelli.+ U fl-aħħar Ħiram temm+ ix-xogħol kollu li għamel lis-Sultan Salamun għad-dar taʼ Ġeħova: 41 Iż-żewġ kolonni+ u l-kaptelli forma taʼ skutelli+ li kienu fuq iż-żewġ kolonni, u ż-żewġ partijiet maħdumin xibka+ biex jiksu ż-żewġ kaptelli tondi taʼ fuq il-kolonni, 42 u l-erbaʼ mitt rummiena+ għaż-żewġ partijiet maħdumin xibka, żewġ ringieli rummien fuq kull parti maħduma xibka, biex jiksu ż-żewġ kaptelli forma taʼ skutelli li kienu fuq iż-żewġ kolonni; 43 u l-għaxar karrijiet+ u l-għaxar vaski+ fuq il-karrijiet, 44 u l-baħar+ u t-tnax-il barri taħt il-baħar;+ 45 u r-reċipjenti għall-irmied u l-pali u l-iskutelli u l-għodod kollha,+ li Ħiram għamel mir-ram aħmar illostrat lis-Sultan Salamun għad-dar taʼ Ġeħova. 46 Kien fid-Distrett tal-Ġordan,+ bejn Sukkot+ u Saretan,+ li s-sultan għamilhom minn metall imdewweb f’forom tat-tafal.
47 U Salamun ma wiżen l-ebda għodda+ għax il-kwantità tagħhom kienet kbira b’mod straordinarju.+ Il-piż tar-ram aħmar baqaʼ mhux magħruf.+ 48 U l-għodod kollha li kellhom x’jaqsmu mad-dar taʼ Ġeħova, l-artal+ tad-deheb u l-mejda+ li fuqha kien hemm il-ħobż tal-preżenza, Salamun għamilhom tad-deheb, 49 u l-gandlieri,+ ħamsa fuq il-lemin u ħamsa fuq ix-xellug quddiem il-kamra taʼ ġewwanett, tad-deheb pur,+ u l-ward+ u l-imsiebaħ+ u l-imqassijiet li jżommu l-ftila,+ kollha tad-deheb, 50 u l-bwieqi u l-imqassijiet li jitfu l-ftila+ u l-iskutelli+ u l-kwies+ u r-reċipjenti għall-ġamar,+ kollha tad-deheb pur, u l-bażijiet taʼ fuq u t’isfel għall-pernijiet tal-bibien+ tad-dar taʼ ġewwa, jiġifieri, taʼ l-Iktar Qaddis, u għall-bibien+ tad-dar tat-tempju,+ kollha tad-deheb.
51 Fl-aħħar, ix-xogħol kollu li kellu jagħmel is-Sultan Salamun fejn tidħol id-dar taʼ Ġeħova tlesta;+ u Salamun beda jdaħħal l-affarijiet li tqaddsu minn David missieru;+ il-fidda u d-deheb u l-oġġetti poġġiehom fit-teżori tad-dar taʼ Ġeħova.+