12 “Kulmeta tieħu l-għadd taʼ wlied Israel bħala ċensiment tagħhom,+ imbagħad kull wieħed irid jagħti fidwa għal ruħu lil Ġeħova meta jsir ċensiment tagħhom,+ sabiex ebda kastig ma jiġi fuqhom meta jsir ċensiment tagħhom.+
13 Dan iridu jagħtu dawk kollha li jgħaddu għal mal-magħdudin: nofs xekel skond ix-xekel tal-post qaddis.+ Għoxrin gera huma daqs xekel. Nofs xekel hi l-kontribuzzjoni lil Ġeħova.+
16 U ħu l-flus tal-fidda tat-tpattija mingħand ulied Israel u agħtihom għas-servizz tat-tinda tal-laqgħa,+ sabiex iservu bħala tifkira quddiem Ġeħova għal ulied Israel, biex issir tpattija għal ruħkom.”