6 Dawn kollha kienu taħt id-direzzjoni taʼ missierhom fil-kant fid-dar taʼ Ġeħova, biċ-ċimbali,+ bl-istrumenti tal-korda,+ u bl-arpi+ għas-servizz tad-dar taʼ l-Alla l-veru.
Taħt id-direzzjoni tas-sultan kien hemm Asaf, Ġedutun, u Ħeman.+