LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 30:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 għax int se tismaʼ minn leħen Ġeħova Alla tiegħek sabiex tħares il-​kmandamenti tiegħu u l-​istatuti tiegħu miktubin f’dan il-​ktieb tal-​liġi,+ għaliex se terġaʼ lura lejn Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha.+

  • 1 Samwel 7:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 U Samwel qal lid-​dar kollha taʼ Israel: “Jekk qed terġgħu lura lejn Ġeħova b’qalbkom kollha,+ neħħu minn nofskom+ l-​allat barranin kif ukoll ix-​xbihat t’Għastoret,+ u dawru qalbkom b’mod sod lejn Ġeħova u aqdu lilu biss,+ u hu jeħliskom minn id il-​Filistin.”+

  • Ġeremija 4:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 “Jekk trid terġaʼ lura, O Israel,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “tistaʼ terġaʼ lura għandi.+ U jekk tneħħi qżiżijietek minħabba fija,+ imbagħad ma tibqax bħal xi ħadd maħrub.

  • Ġoel 2:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 U ċarrtu qlubkom,+ u mhux ħwejjiġkom;+ u ejjew lura lejn Ġeħova Alla tagħkom, għax hu grazzjuż u ħanin,+ bil-​mod biex jirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba,+ u żgur li jiddispjaċih minħabba l-​gwaj.+

  • Malakija 3:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Minn jiem missirijietkom warrabtu r-​regolamenti tiegħi u ma ħaristuhomx.+ Erġgħu lura lejja, u jien nerġaʼ lura lejkom,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.

      U intom għedtu: “B’liema mod nerġgħu lura?”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja