Levitiku
17 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Kellem lil Aron u lil uliedu u lill-ulied kollha taʼ Israel, u għidilhom, ‘Dan hu li kkmanda Ġeħova meta qal:
3 “‘“Kull raġel mid-dar taʼ Israel li joqtol baqar, nagħaġ, jew mogħoż fil-kamp jew li joqtolhom ’il barra mill-kamp 4 u ma jġibhomx fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa+ biex jippreżentahom bħala offerta lil Ġeħova quddiem it-tabernaklu taʼ Ġeħova, dan ir-raġel ikun magħdud bħala ħati tad-demm. Ikun xerred id-demm, u dan ir-raġel irid jiġi maqtugħ minn fost il-poplu tiegħu,+ 5 sabiex ulied Israel ma jibqgħux joqtlu l-annimali tagħhom fil-kampanja,+ imma jġibuhom lil Ġeħova fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa għand il-qassis,+ u dawn iridu joffruhom bħala sagrifiċċji taʼ sħubija lil Ġeħova.+ 6 U l-qassis iroxx id-demm fuq l-artal+ taʼ Ġeħova fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa, u jaħraq ix-xaħam+ bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+ 7 Għalhekk, m’għandhomx jibqgħu joffru s-sagrifiċċji tagħhom lid-demonji*+ li magħhom qed ikollhom relazzjoni immorali.+ Dan iservi bħala statut għal żmien indefinit għalikom, matul il-ġenerazzjonijiet tagħkom.”’
8 “U għandek tgħidilhom, ‘Kull raġel mid-dar taʼ Israel jew xi resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom u li joffri offerta tal-ħruq+ jew sagrifiċċju 9 u ma jġibux fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa biex joffrih lil Ġeħova,+ dan ir-raġel irid jiġi maqtugħ minn mal-poplu tiegħu.+
10 “‘Kull raġel mid-dar taʼ Israel jew xi resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom u li jiekol kwalunkwe tip taʼ demm,+ jien żgur li se ndawwar wiċċi kontra r-ruħ+ li tkun qed tiekol id-demm, u tabilħaqq li se naqtagħha minn fost il-poplu tagħha. 11 Għax ir-ruħ tal-laħam hi fid-demm,+ u jien stess poġġejtu fuq l-artal għalikom biex nagħmel tpattija+ għal ruħkom, għaliex huwa d-demm,+ bir-ruħ fih, li jagħmel tpattija.+ 12 Għalhekk jien għedt lil ulied Israel: “Ebda ruħ minnkom ma trid tiekol demm u ebda resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom+ m’għandu jiekol demm.”+
13 “‘Kull raġel mid-dar taʼ Israel jew xi resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom u li waqt li jkun għall-kaċċa jaqbad xi bhima salvaġġa jew xi tajra li tistaʼ tittiekel, irid iferraʼ demmha+ u jgħattih bit-trab.+ 14 Għax ir-ruħ taʼ kull tip taʼ laħam hi demmu bir-ruħ fih. Għaldaqstant għedt lil ulied Israel: “Ma tridu tieklu d-demm t’ebda tip taʼ laħam, għaliex ir-ruħ taʼ kull tip taʼ laħam hi demmu.+ Kulmin jieklu jiġi maqtugħ.”+ 15 Kull bniedem,* sew jekk imwieled fil-pajjiż u sew jekk resident barrani, li jiekol minn ġisem li jkun diġà mejjet jew xi ħaġa mqattgħa minn bhima salvaġġa,+ irid jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-ilma u ma jkunx nadif sa fil-għaxija;+ u hu jkun nadif. 16 Imma jekk ma jaħsilhomx u ma jinħasilx, imbagħad irid iwieġeb għall-iżball tiegħu.’”+