9 U int taf tajjeb li Ġeħova Alla tiegħek hu l-Alla l-veru,+ l-Alla l-leali,+ li jħares il-patt+ u l-qalb tajba bl-imħabba fil-każ taʼ dawk li jħobbuh u dawk li jħarsu l-kmandamenti tiegħu għal elf ġenerazzjoni,+
3 “Nissupplikak,* O Ġeħova, ftakar,+ jekk jogħġbok, kif jien imxejt+ quddiemek bil-verità+ u b’qalb sħiħa,+ u għamilt dak li hu tajjeb f’għajnejk.”+ U Ħeżekija beka fuq li beka.+
9 Għax għajnejn+ Ġeħova jiġru ’l hemm u ’l hawn maʼ l-art+ kollha biex juri s-saħħa tiegħu għan-nom taʼ dawk li qalbhom+ hi sħiħa lejh. Int tbellaht+ f’dan, għax minn issa ’l quddiem ikun hemm il-gwerer kontrik.”+
5 U għedt: “Ah! Ġeħova l-Alla tas-smewwiet, l-Alla kbir li jqanqal il-biżaʼ,+ li jħares il-patt+ u l-qalb tajba bl-imħabba maʼ dawk li jħobbuh+ u li jħarsu l-kmandamenti tiegħu,+