Proverbji 12:8 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 8 Bniedem jiġi mfaħħar għax fommu diskret,+ imma min għandu qalbu mgħawġa jiġi disprezzat.+ Proverbji 15:1 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 15 Tweġiba, meta tkun ħelwa, tkeċċi l-korla,+ imma kelma li tweġġaʼ tqajjem ir-rabja.+ Ekkleżjasti 10:4 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 4 Jekk ħakkiem titlagħlu t-tempra* minħabba fik, żomm postok,+ għax il-kalma ttaffi dnubiet kbar.+ Żakkarija 1:13 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 13 U Ġeħova wieġeb lill-anġlu li kien qed ikellimni, bi kliem tajjeb, kliem taʼ faraġ;+