Proverbji
12 Min iħobb id-dixxiplina jħobb l-għarfien,+ imma min jobgħod it-twiddib ma jirraġunax.+
2 Bniedem tajjeb jikseb l-approvazzjoni taʼ Ġeħova,+ imma lill-bniedem taʼ ideat mill-agħar jiddikjarah mill-agħar.+
3 Ħadd ma jiġi stabbilit fis-sod bil-ħażen;+ imma l-għeruq tal-ġusti ma jitħarrkux.+
4 Mara kapaċi hija kuruna għal sidha,+ imma bħal taħsir f’għadmu hi dik li l-imġiba tagħha hi taʼ mistħija.+
5 Il-ħsibijiet tan-nies sewwa huma ġustizzja;+ il-pariri tan-nies mill-agħar huma qerq.+
6 Kliem in-nies mill-agħar jonsob għad-demm,+ imma fomm ir-retti jeħlishom.+
7 In-nies mill-agħar jiġġarrfu u ma jibqgħux iktar,+ imma dar il-ġusti tibqaʼ wieqfa.+
8 Bniedem jiġi mfaħħar għax fommu diskret,+ imma min għandu qalbu mgħawġa jiġi disprezzat.+
9 Aħjar min jiġi stmat ftit imma jkollu qaddej, milli min jigglorifika lilu nnifsu imma nieqes mill-ħobż.+
10 Il-ġust jieħu ħsieb l-annimal domestiku tiegħu,+ imma l-ħniniet tan-nies mill-agħar huma krudili.+
11 Min jaħdem l-art tiegħu se jixbaʼ bil-ħobż,+ imma min ifittex affarijiet bla siwi għandu qalbu belha.*+
12 Il-bniedem mill-agħar xtaq il-priża maqbuda fix-xibka tan-nies ħżiena;+ imma l-għerq tal-ġusti jagħmel il-frott.+
13 Bin-nuqqasijiet taʼ xofftejh il-ħażin jinqabad f’nassa,+ imma l-ġust joħroġ mill-inkwiet.+
14 Bi frott fommu l-bniedem jixbaʼ bit-tajjeb,+ u xogħol idejh jiġi lura għandu.+
15 Triq l-iblah sewwa f’għajnejh,+ imma min jismaʼ mill-pariri huwa għaref.+
16 Iblah il-bniedem li juri mill-ewwel li qed jiddejjaq,+ imma min hu prudenti qed jgħatti d-diżunur.+
17 Min jesprimi l-fedeltà se jgħid dak li hu sewwa,+ imma xhud falz jitkellem bil-qerq.+
18 Hemm min jitkellem bla ma jaħsibha qisu b’daqqiet taʼ sejf,+ imma lsien l-għorrief hu fejqan.+
19 Ix-xoffa tal-verità+ se tiġi stabbilita fis-sod għal dejjem,+ imma l-ilsien giddieb se jkun twil biss daqs mument.+
20 Qerq hemm f’qalb dawk li jfasslu l-ħsara,+ imma dawk li jħeġġu l-paċi jkollhom il-ferħ.+
21 Ebda ħsara ma tiġi fuq il-ġust,+ imma n-nies mill-agħar jimtlew bil-gwaj.+
22 Xofftejn foloz huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ imma dawk li jaġixxu bil-fedeltà jieħu pjaċir bihom.+
23 Min hu prudenti qed jgħatti l-għarfien,+ imma qalb l-istupidi xxandar il-bluha.+
24 Hija id in-nies ħabrieka li se taħkem,+ imma l-id merħija tispiċċa tagħmel xogħol forzat.+
25 L-ansjetà f’qalb il-bniedem ittaqqalha,+ imma l-kelma t-tajba tferraħha.+
26 Il-ġust jifli l-mergħa tiegħu stess, imma triq in-nies mill-agħar tiħodhom ’l hemm u ’l hawn.+
27 L-għażżien mhux se jiġri biex jaqbad il-kaċċa,+ imma l-bżulija hija ġid prezzjuż għal bniedem.
28 Fil-mogħdija tas-sewwa hemm il-ħajja,+ u l-mixi fiha ma jiħux għall-mewt.+