LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g98 10/8 pp. 26-27
  • Il-​Kattiverija lejn l-​Annimali​—Hija Din Ħażina?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-​Kattiverija lejn l-​Annimali​—Hija Din Ħażina?
  • Stenbaħ!—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala Hija l-​Kattiverija Ħażina?
  • Serħan għall-​Annimali
  • L-annimali
    Stenbaħ!—2015
  • L-annimali jmorru s-sema?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Jimpurtah Alla mill-Annimali?
    Stenbaħ!—2012
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1998
g98 10/8 pp. 26-27

Il-​Ħħarsa Tal-​Bibbja

Il-​Kattiverija lejn l-​Annimali​—Hija Din Ħażina?

F’ARENA taʼ l-​isports fl-​Amerka Ċentrali, kulħadd tefaʼ ħarstu fuq żewġ sriedaq, wieħed aħmar, u l-​ieħor abjad. Il-​folla tkarwat hekk kif is-​serduq l-​aħmar, b’xafra taqtaʼ ferm marbuta maʼ siequ, jagħti daqqa lill-​abjad. Ir-​referì jaqbad liż-​żewġ tajriet. L-​abjad issa jinsab mitluq, mejjet, u jqattar id-​demm. Il-​ġlieda tas-​sriedaq spiċċat.

Fin-Nofs in-​Nhar tal-​Filippini, żewġ żwiemel qed jiġu mġelldin kontra xulxin. L-​ispettaturi jaraw l-​ispettaklu waħxi hekk kif iż-​żwiemel iġarrbu gdim fil-​widnejn, fl-​għonq, fil-​geddum, u f’partijiet oħrajn tal-​ġisem. Għalkemm it-​tnejn li huma għandhom mnejn joħorġu ħajjin, minn taʼ l-​inqas wieħed minnhom jistaʼ jisfaʼ mmankat jew jagħma jew isofri ġrieħi li eventwalment iwasslu għall-​mewt.

Żewġt iklieb fir-​Russja qed jattakkaw lil xulxin. F’qasir żmien, b’għajnejn maqlugħin ’il barra u widnejn imċarrtin, dawn qed jimxu b’saqajhom sfigurati, bid-​demm inixxi minn laħam imbiċċer.

Għal sekli sħaħ il-​bniedem ġelled annimal kontra ieħor f’isem l-​isports, spiss immotivat mil-​logħob taʼ l-​ażżard. Miżjudin mal-​lista hemm ġlied tal-​barrin, kaċċa għall-​volpijiet, u saħansitra ġlied tal-​brimb. Iktar minn hekk, ħafna annimali jġarrbu sofferenza f’isem ix-​xjenza. Iżjed minn hekk, numru bla għadd t’annimali jbatu minħabba t-​traskuraġni tas-​sidien tagħhom, kemm jekk intenzjonata u kemm jekk le.

F’xi pajjiżi, hemm liġijiet li jirregolaw it-​trattament taʼ l-​annimali u jipprojbixxu atti krudili. Lura sas-​sena 1641, il-​Massachusetts Bay Colony fformulat “The Body of Liberties,” li stqarret: “L-​ebda bniedem m’għandu jeżerċita xi Tirannija jew Kattiverija lejn xi Ħlejqa annimaleska li spiss tintuża mill-​bniedem.” Minn dakinhar ’l hawn, għaddew leġislazzjonijiet u ġew ifformati soċjetajiet biex jgħassu kontra l-​kattiverija lejn l-​annimali.

Xorta waħda, ħafna li jippromwovu l-​isports tal-​ġlied li għadu kif issemma ma jqisux lilhom infushom bħala wħud li jikkommettu kattiveriji lejn l-​annimali. Xi wħud jgħidu li jħobbuhom lill-​annimali li huma jħallu jsofru brutalment jew imutu. Dawk li jħobbu l-​ġlied tas-​sriedaq jgħidu li t-​tjur tagħhom jgħixu iktar mit-​tiġieġa normali li d-​destin tagħha huwa l-​borma tat-​tisjir​—x’konsolazzjoni dik!

Għala Hija l-​Kattiverija Ħażina?

Alla jippermettilna li nibbenefikaw mill-​annimali. Il-​prinċipji tal-​Bibbja jippermettulna li noqtlu l-​annimali biex ikollna l-​ikel u l-​ħwejjeġ jew biex nipproteġu lilna nfusna mill-​ħsara. (Ġenesi 3:21; 9:3; Eżodu 21:28) Madankollu, il-​ħajja hija sagra għal Alla. Id-​dominju tagħna fuq l-​annimali għandu jiġi eżerċitat b’mod ibbilanċjat li juri rispett lejn il-​ħajja. Il-​Bibbja titkellem b’mod negattiv dwar wieħed raġel jismu Nimrod, li milli jidher kien joqtol lill-​annimali u forsi lin-​nies sempliċement għall-​gost.​—Ġenesi 10:9.

Ġesù tkellem dwar it-​tħassib t’Alla għall-​annimali f’dan il-​kliem: “Ħames għasafar tal-​bejt mhux żewġ soldi jinbiegħu? U anqas wieħed minnhom ma hu minsi quddiem Alla.” (Luqa 12:6) Ukoll, meta biddel ħsiebu dwar li jeqred belt mimlija nies li kienu jipprattikaw il-​ħażen u li kienu nidmu, Alla nnifsu qal: “Mela jiena ma kellix tiġini ħasra minn Ninwè, il-​belt il-​kbira fejn hemm aktar minn mija u għoxrin elf ruħ . . . , u fejn hemm ukoll ħafna bhejjem?” (Ġona 4:11) Ovvjament, hu ma jqisx lill-​annimali bħala affarijiet li jintużaw u jintremew x’ħin wieħed ifettillu.

Meta ta l-​liġijiet lill-​Iżraeliti, Alla għallimhom jieħdu ħsieb sew taʼ l-​annimali. Hu rrikjeda minnhom li jreġġgħu lura annimal mitluf barra lil sidu u jgħinu lill-​annimali li jkunu qed ibatu. (Eżodu 23:​4, 5) L-​annimali kellhom jibbenefikaw minn mistrieħ tas-​Sabat, eżatt bħall-​bnedmin. (Eżodu 23:12) Kien hemm liġijiet li kienu jiggvernaw it-​trattament xieraq taʼ l-​annimali fir-​razzett. (Dewteronomju 22:10; 25:4) Ovvjament, lill-​annimali kellhom jieħdu ħsiebhom u jipproteġuhom, mhux jabbużawhom.

Proverbji 12:10 b’mod espliċitu jgħid x’inhi l-​ħarsa t’Alla: “Il-​ġust jieħu ħsieb sa l-​bhima tiegħu, imma l-​ħażin qalbu kiefra.” Kummentarju tal-​Bibbja jpoġġi dan il-​vers hekk: “Il-​qalb tajba taʼ bniedem ġust tilħaq ukoll lill-​annimali muti, imma raġel mill-​agħar huwa kattiv, saħansitra meta jaħseb li huwa ġentili ħafna.”​—Believer’s Bible Commentary, minn William MacDonald.

Ir-raġel ġust jittratta lill-​annimali b’qalb tajba u jfittex li jkun jaf il-​bżonnijiet tagħhom. Individwu mill-​agħar jistaʼ bil-​kliem jesprimi mħabba għall-​annimali, imma “qalbu” fl-​aqwa tagħha, fil-​fatt hija kattiva. L-​azzjonijiet tiegħu jittradixxu l-​motiv egoist li għandu f’moħħu. Kemm huwa minnu dan dwar dawk li jġelldu annimal kontra ieħor bit-​tama li jirbħu l-​flus!

Serħan għall-​Annimali

Veru, l-​iskop oriġinali t’Alla kien li l-​bniedem ‘isaltan fuq il-​ħut tal-​baħar u t-​tajr taʼ l-​ajru u l-​ħlejjaq kollha li jitkaxkru fuq l-​art.’ (Ġenesi 1:28) Il-​kattiverija lejn l-​annimali m’għandhiex lok f’dan l-​iskop. It-​trattament inuman taʼ l-​annimali m’hux se jibqaʼ għaddej għal dejjem. Għandna raġuni tajba biex nemmnu li Alla se jwaqqaf kull tbatija bla bżonn. Imma kif?

Hu jwiegħed li se jeħles minn nies mill-​agħar u kattivi. (Proverbji 2:22) Rigward l-​annimali, Hosegħa 2:20 [2:​18, NW] jgħid: “F’dak il-​jum nagħmel patt għalihom mal-​bhejjem tar-​rabaʼ u mat-​tjur taʼ l-​ajru maʼ l-​annimali li jitkaxkru maʼ l-​art.” Kemm se tkun ħaġa taʼ l-​għaġeb li tgħix matul dak iż-​żmien, meta l-​kundizzjonijiet paċifiċi mhux biss se jkunu taʼ benefiċċju għan-​nies retti imma wkoll għall-​annimali!

[Stampa f’paġna 26]

“Ġlieda tal-​Barrin Ġewwa Raħal,” minn Francisco Goya

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja