7 Ukoll, fi żmien Artaserse, Bislam, Mitredat, Tabel u l-bqija taʼ sħabu kitbu lil Artaserse, is-sultan tal-Persja, u l-ittra ġiet maqluba għall-Aramajk+ u miktuba bl-alfabet Aramajk.
23 Wara li l-kopja tad-dokument uffiċjali tas-Sultan Artaserse nqrat quddiem Reħum+ u Simsaj+ l-iskriba u sħabhom,+ dawn telqu bl-għaġla lejn Ġerusalemm għand il-Lhud u waqqfuhom bil-forza.+
7 Issa ġara li, malli Sanballat+ u Tobija+ u l-Għarab+ u l-Għammonin+ u l-Asdodin+ semgħu li t-tiswija tas-swar taʼ Ġerusalemm kienet imxiet ’il quddiem, għax fejn kien hemm it-tiċrit kien beda jingħalaq, huma rrabjaw ferm.
11 Iktar minn hekk, l-avversarji tagħna baqgħu jgħidu: “M’humiex se jkunu jafu+ u m’humiex se jaraw sakemm niġu fosthom, u noqtluhom u nwaqqfu x-xogħol.”