14 U thenna matul il-festa tiegħek,+ int u ibnek u bintek u l-ilsir tiegħek u l-ilsira tiegħek u l-Levita u r-resident barrani u t-tifel bla missier u l-armla, li qegħdin ’il ġewwa minn bwiebek.
15 Għal sebat ijiem tiċċelebra l-festa+ lil Ġeħova Alla tiegħek fil-post li jagħżel Ġeħova, għaliex Ġeħova Alla tiegħek ibierkek+ fil-prodott tiegħek kollu u f’kull għemil taʼ idek, u ħlief ferħ ma jkollokx.+