Esdra
8 Issa din kienet ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika+ għall-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier+ li telgħu miegħi minn Babilonja matul ir-renju tas-Sultan Artaserse:+ 2 Minn ulied Fineħas,+ Gersom; minn ulied Itamar,+ Danjel;+ minn ulied David,+ Ħattus; 3 minn ulied Sekanija, minn ulied Pargħos,+ Żakkarija, u miegħu kien hemm reġistrati mija u ħamsin raġel; 4 minn ulied Paħat-mowab,+ Eligħeħo-għenaj, bin Żeraħija, u miegħu mitejn raġel; 5 minn ulied Żattu,+ Sekanija, bin Ġaħażijel, u miegħu tliet mitt raġel; 6 u minn ulied Għadin,+ Għebed, bin Ġonatan, u miegħu ħamsin raġel; 7 u minn ulied Għelam,+ Ġesagħija, bin Għatalija, u miegħu sebgħin raġel; 8 u minn ulied Sefatija,+ Żebadija, bin Mikiel, u miegħu tmenin raġel; 9 minn ulied Ġowab, Għobadija, bin Ġeħijel, u miegħu mitejn u tmintax-il raġel; 10 u minn ulied Bani,+ Selomit, bin Ġosifija, u miegħu mija u sittin raġel; 11 u minn ulied Bebaj, Żakkarija, bin Bebaj,+ u miegħu tmienja u għoxrin raġel; 12 u minn ulied Għażgad,+ Ġoħanan, bin Ħakkatan, u miegħu mija u għaxart irġiel; 13 u minn ulied Adonikam,+ dawk li kienu l-aħħar u li kien jisimhom Elifelet, Ġegħijel, Semajja, u magħhom sittin raġel; 14 u minn ulied Bigwaj,+ Utaj u Żabbud, u magħhom sebgħin raġel.
15 U ġbarthom ħdejn ix-xmara+ li tmur lejn Aħawa;+ u bqajna kkampjati hemmhekk tlett ijiem, sabiex nifli l-poplu+ u l-qassisin,+ imma ma sibt lil ħadd minn ulied Levi+ hemmhekk. 16 Għaldaqstant bgħatt għall-kapijiet Eligħeżer, Arjel, Semajja, Elnatan, Ġarib, Elnatan, Natan, Żakkarija, u Mesullam, u għall-għalliema+ Ġojarib u Elnatan. 17 Imbagħad tajthom kmand dwar Iddo, il-kap tal-post li jismu Kasifja, u għedtilhom x’għandhom jgħidu+ lil Iddo u lil ħutu n-Netinin+ fil-post li jismu Kasifja, biex iġibulna ministri+ għad-dar t’Alla tagħna. 18 Għalhekk, billi kellna l-id+ tajba t’Alla tagħna fuqna, ġabulna bniedem għaqli+ minn ulied Maħli,+ li nannuh kien Levi,+ bin Israel, jiġifieri, lil Serebija+ u wliedu u ħutu, tmintax b’kollox; 19 u Ħasabija u miegħu Ġesagħija minn ulied Merari,+ ħutu, u wliedhom, għoxrin b’kollox. 20 U min-Netinin, li David u l-prinċpijiet taw għas-servizz tal-Leviti, mitejn u għoxrin, li lkoll kemm huma kienu ntgħażlu b’isimhom.
21 Imbagħad nedejt sawma hemmhekk ħdejn ix-xmara Aħawa, sabiex numiljaw+ ruħna quddiem Alla tagħna, biex nitolbuh jiggwidana fil-vjaġġ tagħna,+ lilna, liċ-ċkejknin+ tagħna, u lil ġidna. 22 Għax jien stħajt nitlob qawwa militari+ u kavallerija+ mingħand is-sultan biex jgħinuna kontra l-għadu fit-triq, għaliex lis-sultan konna għednielu: “Id+ Alla tagħna qiegħda fuq dawk kollha li jfittxuh għat-tajjeb,+ imma saħħtu u r-rabja+ tiegħu huma kontra dawk kollha li jitilquh.”+ 23 Għalhekk, somna+ u tlabna+ lil Alla tagħna biex jiggwidana, u hu semaʼ t-talb tagħna mimli ħrara.+
24 Issa jien fridt tnax mill-kapijiet tal-qassisin, jiġifieri, lil Serebija,+ Ħasabija,+ u magħhom għaxra minn ħuthom. 25 U wiżintilhom il-fidda u d-deheb u l-għodod,+ il-kontribuzzjoni li s-sultan+ u l-kunsillieri+ tiegħu u l-prinċpijiet tiegħu u l-Israelin+ kollha li nstabu f’dawk l-inħawi kienu taw lid-dar t’Alla tagħna. 26 B’hekk, wiżint f’idhom sitt mija u ħamsin talent fidda+ u mitt għodda tal-fidda li jiswew żewġ talenti, u mitt talent deheb, 27 u għoxrin skutella żgħira tad-deheb li jiswew elf darik u żewġ għodod tar-ram aħmar taʼ kwalità tajba u jleqq, mixtieq daqs id-deheb.
28 Imbagħad għedtilhom: “Intom imqaddsin+ lil Ġeħova, u l-għodod+ huma xi ħaġa qaddisa, u l-fidda u d-deheb huma offerta volontarja lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietkom. 29 Oqogħdu attenti u ibqgħu għassa sakemm tiżnuhom+ quddiem il-kapijiet tal-qassisin u l-Leviti u l-prinċpijiet taʼ missirijiet Israel f’Ġerusalemm, fis-swali taʼ l-ikel+ tad-dar taʼ Ġeħova.” 30 U l-qassisin u l-Leviti rċivew il-fidda u d-deheb u l-għodod miżunin, biex jiħduhom Ġerusalemm fid-dar t’Alla tagħna.+
31 Sa fl-aħħar tlaqna minn ħdejn ix-xmara Aħawa+ fit-tnax taʼ l-ewwel xahar+ biex immorru Ġerusalemm, u id Alla tagħna kienet fuqna, u b’hekk hu ħelisna+ minn id l-għadu u minn xi nasba fit-triq. 32 Għalhekk, wasalna Ġerusalemm+ u qgħadna hemmhekk tlett ijiem. 33 U fir-rabaʼ jum, wiżinna l-fidda u d-deheb+ u l-għodod+ fid-dar t’Alla tagħna u tajniehom f’id Meremot,+ bin Urijah, il-qassis u miegħu Elegħażar, bin Fineħas, u magħhom Ġożabad,+ bin Ġeswa, u Nogħadija, bin Binnuwi,+ il-Leviti, 34 kollox bl-għadd u bl-użin, u mbagħad l-użin kollu nkiteb f’dak il-waqt. 35 Dawk li ħarġu mill-jasar, li qabel kienu eżiljati,+ ippreżentaw is-sagrifiċċji tal-ħruq+ lill-Alla taʼ Israel, tnax-il barri+ għal Israel kollu, sitta u disgħin muntun,+ sebgħa u sebgħin ħaruf, tnax-il bodbod+ bħala offerta għad-dnub, kollox bħala offerta tal-ħruq lil Ġeħova.
36 Imbagħad tajna l-liġijiet+ tas-sultan lis-satrapi*+ tas-sultan u lill-gvernaturi+ lil hinn mix-Xmara,*+ u dawn għenu lill-poplu+ u lid-dar taʼ l-Alla l-veru.