30“Gwaj għall-ulied rashom iebsa,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “dawk li lesti jwettqu skop, imma mhux dak li ġej minni;+ u jsawbu l-offerti tal-likwidi, imma mhux bl-ispirtu tiegħi, sabiex iżidu dnub fuq dnub;+
20 Imma meta qalbu tkabbret u webbes rasu, u b’hekk aġixxa bil-prużunzjoni,+ tniżżel minn fuq it-tron taʼ saltnatu, u d-dinjità tiegħu ttieħdet mingħandu.+
12 U webbsu qalbhom+ daqs l-iktar ħaġra iebsa* biex ma jobdux il-liġi+ u l-kliem li Ġeħova taʼ l-armati bagħat bl-ispirtu tiegħu,+ permezz tal-profeti taʼ qabel;+ tant li kien hemm għadab kbir min-naħa taʼ Ġeħova taʼ l-armati.”+
5 Imma bl-ebusija+ u n-nuqqas taʼ ndiema taʼ qalbek+ qed taħżen għalik innifsek il-korla+ għal jum il-korla+ meta jiġi rivelat+ il-ġudizzju+ ġust t’Alla.