12 U fil-festi tagħhom+ ikun hemm l-arpa u l-istrument tal-korda, it-tanburlin u l-flawt, u l-inbid; imma lejn l-attività taʼ Ġeħova ma jħarsux, u xogħol idejh ma rawhx.+
13 Imma, ara! Hemm ferħ u tgawdija, baqar u nagħaġ qed jinqatlu u qed jittiekel il-laħam u jinxtorob l-inbid,+ u qed jingħad, ‘Ħa nieklu u nixorbu, għax għada mmutu.’”+