Isaija
22 Id-dikjarazzjoni għall-wied tal-viżjoni:+ Xi ġralek, mela, biex in-nies tiegħek telgħu kollha fuq il-bjut?+ 2 Kont mimlija bil-konfużjoni, kont belt storbjuża, belt ferrieħa.+ Il-maqtulin tiegħek m’humiex dawk maqtulin bis-sejf, u lanqas dawk maqtulin fil-battalja.+ 3 Id-dittaturi+ kollha tiegħek ħarbu f’daqqa.+ Ittieħdu priġunieri bla ma kien hemm bżonn qaws. Dawk kollha li nstabu min-nies tiegħek ittieħdu priġunieri flimkien.+ Kienu ħarbu ’l bogħod.
4 Huwa għalhekk li jien għedt: “Dawru ħarsitkom minn fuqi. Se nuri l-imrar tiegħi bil-biki.+ Tinsistux li tfarrġuni minħabba t-tħarbit taʼ bint il-poplu tiegħi.+ 5 Għax huwa l-jum taʼ konfużjoni+ u taʼ telfa+ u taʼ taħwid+ mingħand il-Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-armati, fil-wied tal-viżjoni. Hemmhekk qiegħed dak li jġarraf il-ħajt,+ u l-għajta lejn il-muntanja.+ 6 U Għelam+ qabad il-barżakka tal-vleġeġ, fil-karru tal-gwerra tal-bniedem miġbud miż-żwiemel tal-ġiri; u Kir+ kixef it-tarka. 7 U jrid iseħħ li l-aqwa pjanuri baxxi tiegħek jimtlew bil-karrijiet tal-gwerra, u ż-żwiemel tal-ġiri żgur jieħdu posthom fil-bieb, 8 u l-ilqugħ taʼ Ġuda se jitneħħa. U dakinhar int se tħares lejn l-armerija+ tad-dar tal-foresta,+ 9 u intom se taraw it-tiċrit fis-swar tal-Belt taʼ David, għax se jkun hemm ħafna.+ U se tiġbru l-ilmijiet taʼ l-għadira t’isfel.+ 10 U se tgħoddu d-djar taʼ Ġerusalemm. U ġġarrfu wkoll id-djar biex is-sur+ ma jkunx jistaʼ jittieħed. 11 U bejn iż-żewġ ħitan tagħmlu ġibjun għall-ilmijiet taʼ l-għadira l-qadima.+ U m’intomx se tħarsu lejn il-Wieħed Grandjuż li għamel dan, u lil min sawru żmien twil ilu m’intomx se tarawh.
12 “U l-Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-armati, se jsejħilkom dakinhar biex tibku+ u titnikktu u tqaxxru xagħarkom qargħa u titħażżmu bl-ilbies taʼ l-ixkora.+ 13 Imma, ara! Hemm ferħ u tgawdija, baqar u nagħaġ qed jinqatlu u qed jittiekel il-laħam u jinxtorob l-inbid,+ u qed jingħad, ‘Ħa nieklu u nixorbu, għax għada mmutu.’”+
14 U Ġeħova taʼ l-armati kellimni u smajtu b’widnejja:+ “‘Dan l-iżball mhux se jkun hemm tpattija+ għalih għan-nom tagħkom sakemm tmutu,’+ qal il-Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-armati.”
15 Hekk qal il-Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-armati: “Mur, idħol għand dan il-prokuratur, għand Sebna,+ li qiegħed fuq id-dar,+ u għidlu, 16 ‘X’għandek hawnhekk, u lil min għandek hawnhekk, biex ħaffirt għalik post għad-dfin?’+ Fuq għolja qed iħaffer il-post tad-dfin tiegħu; fil-blat qed jaqtaʼ dar għalih. 17 ‘Ara! Ġeħova jwaddbek ’l isfel bis-saħħa, O raġel b’saħħtek, u jaqbdek bil-forza. 18 Żgur se jagħmlek kobba marsusa, bħal ballun iwaddbek ’il bogħod lejn medda kbira t’art. Hemmhekk tmut, u hemmhekk il-karrijiet tal-glorja tiegħek se jkunu d-diżunur taʼ dar sidek. 19 U nwarrbek minn postok; u se titniżżel mill-pożizzjoni uffiċjali tiegħek.+
20 “‘U jrid iseħħ dakinhar li jien insejjaħ lill-qaddej tiegħi,+ jiġifieri, lil Eljakim+ bin Ħilkija.+ 21 U llibbsu l-libsa tiegħek, u norbotlu sew madwaru t-terħa tiegħek,+ u d-dominju tiegħek nagħtihulu f’idejh; u hu jsir missier għall-abitant taʼ Ġerusalemm u għal dar Ġuda.+ 22 U nqiegħed il-muftieħ+ tad-dar taʼ David fuq spallejh, u hu jiftaħ mingħajr ħadd ma jagħlaq, u jagħlaq mingħajr ħadd ma jiftaħ.+ 23 U ndaħħlu bħal musmar+ fis-sod, u jsir bħala tron taʼ glorja għal dar missieru.+ 24 U jdendlu miegħu l-glorja kollha taʼ dar missieru: id-dixxendenti u r-rimjiet, jiġifieri, ir-reċipjenti żgħar kollha, ir-reċipjenti f’għamla taʼ skutelli kif ukoll ir-reċipjenti kollha f’għamla taʼ ġarar kbar.
25 “‘Dakinhar,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, ‘il-musmar+ imdaħħal f’post dejjiemi se jitneħħa,+ u se jinqalaʼ u jaqaʼ, u t-tagħbija taʼ fuqu taqaʼ u titkisser, għax Ġeħova qalu dan.’”+