17 U Eliżew beda jitlob+ u jgħid: “O Ġeħova, iftaħlu għajnejh,+ jekk jogħġbok, ħalli jara.” Immedjatament, Ġeħova fetaħ għajnejn il-qaddej, u hu beda jara; u l-muntanji kienu mimlijin żwiemel u karrijiet tal-gwerra+ tan-nar madwar Eliżew.+
10 Araw li ma tistmerrux lil xi wieħed minn dawn iċ-ċkejknin; għax ngħidilkom li l-anġli tagħhom+ fis-sema dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-sema.+
11 U Pietru ġie f’sensih u qal: “Issa naf tassew li Ġeħova bagħat l-anġlu tiegħu+ u ħelisni+ minn id Erodi u minn dak kollu li kien qed jistenna l-poplu Lhudi.”