Atti
5 Madankollu, wieħed raġel, jismu Ananija, flimkien maʼ martu Safira, biegħ biċċa proprjetà 2 u bil-moħbi żamm parti mill-prezz, u martu wkoll kienet taf b’dan, u ġab biss parti mill-prezz u qegħedha f’riġlejn l-appostli.+ 3 Imma Pietru qallu: “Ananija, għala Satana+ mlielek qalbek biex tqarraq+ bl-ispirtu qaddis+ u bil-moħbi żżomm parti mill-prezz taʼ l-għalqa? 4 Mhux tiegħek kienet qabel ma begħtha, u wara li nbiegħet mhux kollox f’idejk baqaʼ? Għala fassalt għemil bħal dan f’qalbek? Int mhux bil-bnedmin qarraqt,+ imma b’Alla.”+ 5 Malli semaʼ dan il-kliem, Ananija waqaʼ u miet.+ U waqaʼ biżaʼ kbir+ fuq kulmin semaʼ b’dan. 6 Imbagħad iż-żgħażagħ qamu, keffnuh,+ ġarrewh ’il barra, u difnuh.
7 Issa wara xi tliet sigħat daħlet martu, u ma kinitx taf x’ġara. 8 Qalilha Pietru: “Għidli, intom daqshekk begħtuha l-għalqa?” Qaltlu: “Iva, daqshekk.” 9 Għalhekk, Pietru qalilha: “Għala ftehemtu bejnietkom biex tgħaddu minn prova+ l-ispirtu taʼ Ġeħova? Ara! Riġlejn dawk li difnu lil żewġek qegħdin fil-bieb, u se jġorruk ’il barra.” 10 Minnufih waqgħet f’riġlejh u mietet.+ Meta daħlu ż-żgħażagħ sabuha mejta, u ġarrewha ’l barra u difnuha maġenb żewġha. 11 Għaldaqstant waqaʼ biżaʼ kbir fuq il-kongregazzjoni kollha u fuq kulmin semaʼ b’dan.
12 Iktar minn hekk, minn idejn l-appostli baqgħu jseħħu ħafna sinjali u għeġubijiet fost in-nies;+ u b’fehma waħda kienu jkunu kollha fil-loġġa taʼ Salamun.+ 13 Tabilħaqq, lanqas ħadd mill-oħrajn ma kellu l-kuraġġ jingħaqad magħhom;+ madankollu, in-nies kienu qed ifaħħruhom bil-kbir.+ 14 Iktar minn hekk, dawk li kienu jemmnu fil-Mulej baqgħu jiżdiedu, kotriet kemm taʼ rġiel u kemm taʼ nisa;+ 15 għaldaqstant kienu joħorġu lill-morda saħansitra fit-toroq prinċipali u jqegħduhom hemmhekk fuq sodod żgħar u mtieraħ, sabiex, kif ikun għaddej Pietru, għallinqas jaqaʼ d-dell tiegħu fuq xi ħadd minnhom.+ 16 Ukoll, il-folol mill-bliet taʼ madwar Ġerusalemm baqgħu ġejjin flimkien, iġorru l-morda u lil dawk imħabbtin bi spirti mhux nodfa, u kienu jitfejqu lkoll.
17 Imma l-qassis il-kbir u dawk kollha li kienu miegħu, is-setta tas-Sadduċej li kienet teżisti f’dak iż-żmien, mimlijin għira qamu+ 18 u meddew idejhom fuq l-appostli u tefgħuhom fil-ħabs pubbliku.+ 19 Imma matul il-lejl l-anġlu+ taʼ Ġeħova fetħilhom il-bibien tal-ħabs,+ ħariġhom barra, u qalilhom: 20 “Morru, oqogħdu fit-tempju, u ibqgħu għidu lin-nies il-kliem kollu dwar din il-ħajja.”+ 21 Wara li semgħu dan, mas-sebħ daħlu fit-tempju u bdew jgħallmu.
Issa meta waslu, il-qassis il-kbir u dawk li kienu miegħu sejħu flimkien lis-Sinedriju u l-assemblea kollha tax-xjuħ taʼ wlied Israel+ u bagħtu jġibuhom mill-ħabs. 22 Imma meta l-uffiċjali waslu hemmhekk, ma sabuhomx fil-ħabs. Għalhekk, marru lura u rrapportaw 23 u qalu: “Il-ħabs sibnieh imsakkar bis-sigurtà kollha u l-għassiesa bil-wieqfa ħdejn il-bieb, imma meta ftaħna ma sibna lil ħadd ġewwa.” 24 Issa, meta semgħu dan il-kliem, il-kmandant tat-tempju u l-qassisin tħawdu għall-aħħar dwar x’kien se jiġri minħabba dan.+ 25 Imma ġie wieħed raġel u qalilhom: “Ara! L-irġiel li tfajtu l-ħabs qegħdin fit-tempju jgħallmu lin-nies.”+ 26 Imbagħad il-kmandant mar maʼ l-uffiċjali tiegħu u ġabhom, imma mingħajr vjolenza, għax beżgħu+ li jiġu mħaġġrin min-nies.
27 Għalhekk, ġabuhom u ġegħluhom joqogħdu fis-sala tas-Sinedriju. U l-qassis il-kbir staqsiehom 28 u qalilhom: “Aħna ordnajnielkom bis-sħiħ+ biex ma tibqgħux tgħallmu f’dan l-isem, imma ara, imlejtu lil Ġerusalemm bit-tagħlim tagħkom,+ u intom deċiżi li ġġibu fuqna d-demm+ taʼ dan il-bniedem.” 29 Pietru u l-appostli l-oħrajn wieġbu u qalu: “Jeħtieġ li aħna nobdu lil Alla bħala ħakkiem u mhux lill-bnedmin.+ 30 L-Alla taʼ missirijietna qajjem+ lil Ġesù, li intom qtiltuh billi dendiltuh maʼ zokk.+ 31 Lil dan, Alla eżaltah fuq il-lemin tiegħu+ bħala Aġent Ewlieni+ u Salvatur,+ biex jagħti l-indiema+ lil Israel u l-maħfra tad-dnubiet.+ 32 U aħna xhieda taʼ dan,+ u wkoll irċivejna x-xiehda taʼ l-ispirtu qaddis+ li Alla ta lil dawk li jobduh bħala ħakkiem.”
33 Meta semgħu dan, irrabjaw ferm u xtaqu jeqirduhom.+ 34 Imma fis-Sinedriju qam wieħed raġel, Fariżew li kien jismu Gamaljel,+ għalliem tal-Liġi li kien stmat mill-poplu kollu, u ordna biex l-irġiel jittieħdu ftit barra.+ 35 U qalilhom: “Irġiel taʼ Israel,+ oqogħdu attenti x’bi ħsiebkom tagħmlu b’dawn l-irġiel. 36 Per eżempju, ftit taż-żmien ilu qam Tewda, li qal li hu xi ħaġa kbira,+ u għadd taʼ rġiel, madwar erbaʼ mija, ngħaqdu mal-partit tiegħu.+ Imma ġie meqrud, u dawk kollha li kienu jobduh xterdu u ġew fix-xejn. 37 Warajh qam Ġuda l-Galilew fi żmien ir-reġistrazzjoni,+ u ġibed xi nies għal warajh. Madankollu, dan il-bniedem inqered ukoll, u dawk kollha li kienu jobduh xterdu barra l-pajjiż. 38 Għalhekk, fiċ-ċirkustanzi preżenti, ngħidilkom, Tindaħlulhomx lil dawn l-irġiel, imma ħalluhom; (għax, jekk dan il-ħsieb jew dan ix-xogħol ġej mill-bnedmin, għad jingħeleb;+ 39 imma jekk ġej minn Alla,+ ma tistgħux tegħlbuhom;)+ inkella għandkom mnejn tkunu fil-fatt qed tiġġieldu kontra Alla.”+ 40 Għal dan, huma ħadu l-parir tiegħu, u sejħu lill-appostli, sawtuhom,+ u ordnawlhom biex ma jibqgħux jitkellmu f’isem Ġesù,+ u telquhom.
41 Għalhekk, dawn telqu minn quddiem is-Sinedriju, henjin+ għax kienu tqiesu denji li jiġu diżonorati minħabba ismu.+ 42 U kuljum fit-tempju u minn dar għal dar+ baqgħu jgħallmu+ u jxandru bla heda l-aħbar tajba dwar il-Kristu, Ġesù.+