Atti
6 Issa f’dan iż-żmien, meta d-dixxipli kienu qed jiżdiedu, qam tgergir min-naħa tal-Lhud li jitkellmu bil-Grieg+ kontra l-Lhud li jitkellmu bl-Ebrajk, għax ir-romol tagħhom kienu qed jinqabżu fit-tqassim taʼ l-ikel taʼ kuljum.+ 2 Għalhekk, it-tnax sejħu lill-kotra tad-dixxipli u qalulhom: “M’aħniex qed nieħdu pjaċir li nħallu l-kelma t’Alla biex inqassmu l-ikel fuq l-imwejjed.+ 3 Mela, l-aħwa, fittxu+ intom stess minn fostkom sebat irġiel kwalifikati, li għandhom isem tajjeb u mimlijin bl-ispirtu u l-għerf,+ biex naħtruhom fuq dan ix-xogħol bżonnjuż; 4 u b’hekk aħna ningħataw għat-talb u għall-ministeru tal-kelma.”+ 5 U dak li ntqal għoġob lill-kotra kollha, u għażlu lil Stiefnu, raġel mimli bil-fidi u bl-ispirtu qaddis,+ u lil Filippu+ u lil Prokoru u lil Nikanor u lil Timon u lil Parmena u lil Nikola, proselita* minn Antjokja; 6 u ħaduhom quddiem l-appostli, u, wara li talbu, dawn qiegħdu idejhom+ fuqhom.
7 U l-kelma t’Alla kompliet tikber,+ u l-għadd tad-dixxipli baqaʼ jiżdied ħafna f’Ġerusalemm;+ u folla kbira taʼ qassisin+ bdew jobdu+ l-fidi.
8 Issa Stiefnu, mimli ħlewwa u qawwa, kien qed iwettaq għeġubijiet u sinjali+ kbar fost il-poplu. 9 Imma qamu xi rġiel minn tas-Sinagoga li jgħidulha tal-Meħlusin, u miċ-Ċirinej u mil-Lixandrin+ u minn dawk taċ-Ċiliċja+ u l-Asja, biex jargumentaw maʼ Stiefnu; 10 iżda ma setgħux jegħlbu l-għerf+ u l-ispirtu li kien qed jitkellem bihom.+ 11 Imbagħad bil-moħbi pperswadew lil xi rġiel biex jgħidu:+ “Smajnieh jidgħi+ kontra Mosè u Alla.” 12 U xewxu lin-nies, lix-xjuħ, u lill-iskribi li, f’daqqa waħda, ġew fuqu, qabduh bil-forza, u ħaduh quddiem is-Sinedriju.+ 13 U ressqu xhieda foloz+ li qalu: “Dan ir-raġel ma jiqafx jitkellem kontra dan il-post qaddis u kontra l-Liġi.+ 14 Per eżempju, smajnieh jgħid li dan Ġesù n-Nazzarenu se jġarraf dan il-post u jbiddel id-drawwiet li għaddielna Mosè.”
15 U hekk kif dawk kollha li kienu bil-qiegħda fis-Sinedriju ħarsu fiss lejh,+ raw li wiċċu kien bħal wiċċ t’anġlu.+