LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 11/15 pp. 28-30
  • Mistoqsijiet mill-qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • Aħtar anzjani
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
  • L-Indokraturi u l-Qaddejja Ministerjali Jinħatru b’Mod Teokratiku
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Indokraturi biex jirgħu l-merħla
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Ġeħova Juża lil Ġesù Biex Imexxi l-Kongregazzjoni
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 11/15 pp. 28-30

MISTOQSIJIET MILL-​QARREJJA

L-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali kif jinħatru f’kull kongregazzjoni?

Fl-​ewwel seklu EK, l-​appostlu Pawlu qal hekk lill-​anzjani li kienu jaqdu fil-​kongregazzjoni t’Efesu: “Oqogħdu attenti għalikom infuskom u għall-​merħla kollha li minnha l-​ispirtu qaddis ħatarkom indokraturi biex tirgħu l-​kongregazzjoni t’Alla, li xtara bid-​demm taʼ Ibnu stess.” (Atti 20:28) Illum, l-​ispirtu qaddis kif inhu involut f’li jinħatru l-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali?

L-​ewwel, l-​ispirtu qaddis qanqal il-​kittieba tal-​Bibbja biex iniżżlu bil-​miktub il-​kwalifiki għall-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali. Fl-​1 Timotju 3:1-​7 nsibu 16-​il kwalifika differenti għall-​anzjani. Insibu iktar kwalifiki fi skritturi bħal dawk taʼ Titu 1:5-​9 u Ġakbu 3:17, 18. Il-​kwalifiki għall-​qaddejja ministerjali jissemmew fl-​1 Timotju 3:8-​10, 12, 13. It-​tieni, dawk li jirrakkomandaw, jew jissuġġerixxu, lil xi ħu u li jagħmlu dawn il-​ħatriet jitolbu speċifikament għall-​ispirtu taʼ Ġeħova. Jagħmlu dan biex l-​ispirtu t’Alla jidderiġihom hekk kif jirrivedu jekk il-​ħu b’mod raġunevoli jilħaqx il-​ħtiġijiet Skritturali. It-​tielet, l-​individwu li jkun qed jirsisti għal din ir-​responsabbiltà jrid ikun qed juri l-​frott tal-​ispirtu qaddis t’Alla f’ħajtu stess. (Gal. 5:22, 23) Allura, l-​ispirtu t’Alla hu involut f’kull aspett tal-​proċess.

Imma min fil-​fatt jaħtar lil dawn l-​irġiel? Fil-​passat, ir-​rakkomandazzjonijiet kollha dwar li jinħatru l-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali kienu jintbagħtu lill-​uffiċċju tal-​fergħa lokali. Hemmhekk, aħwa rġiel maħturin mill-​Ġemgħa li Tiggverna kienu inkarigati biex jirrivedu dawn ir-​rakkomandazzjonijiet u biex jaħtru lil min hu xieraq. Imbagħad, l-​uffiċċju tal-​fergħa kien jinforma lill-​ġemgħa tal-​anzjani. L-​anzjani, min-​naħa tagħhom, kienu jgħidu lill-​irġiel li kienu għadhom kemm ġew maħturin bil-​ħatra tagħhom u jistaqsuhom jekk kinux lesti u kwalifikati biex jaċċettaw l-​inkarigu. Fl-​aħħar, kien isir avviż fil-​kongregazzjoni.

Fl-​ewwel seklu, kultant, l-​appostli għamlu ħatriet speċifiċi, bħal meta ħatru sebat irġiel biex jieħdu ħsieb it-​tqassim tal-​ikel lir-​romol li kien isir kuljum. (Atti 6:1-​6) Imma dan l-​eżempju ma jurix li anki l-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali kienu maħturin mill-​appostli għax jistaʼ jkun li dawn l-​irġiel diġà kienu qed jaqdu bħala anzjani, jiġifieri, qabel ma ngħataw dan l-​inkarigu ġdid. Allura kif kienu jsiru l-​ħatriet tal-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali fl-​ewwel seklu?

Għalkemm l-​Iskrittura ma tispjegax fid-​dettall kif saret kull ħatra f’dak iż-​żmien, xorta nistgħu naraw xi ħjiel taʼ kif il-​ħatriet kienu jsiru. Jintqalilna li meta Pawlu u Barnaba kienu fi triqithom lura d-​dar mill-​ewwel vjaġġ missjunarju tagħhom, ‘ħatru anzjani f’kull kongregazzjoni u, wara li talbu u samu, irħewhom f’idejn Ġeħova li kienu saru jemmnu fih.’ (Atti 14:23) Snin wara, Pawlu kiteb lil Titu, li kien jivvjaġġa miegħu, u qallu: “Ħallejtek fi Kreta, biex tkun tistaʼ tikkoreġi l-​affarijiet difettużi u tkun tistaʼ taħtar anzjani f’belt wara l-​oħra, bħalma ordnajtlek.” (Titu 1:5) Bl-​istess mod, jidher li Timotju, li vvjaġġa f’ħafna postijiet mal-​appostlu Pawlu, ingħata awtorità simili. (1 Tim. 5:22) Għalhekk, jidher ċar li dawn il-​ħatriet saru minn indokraturi li jivvjaġġaw, u mhux mill-​appostli jew l-​anzjani f’Ġerusalemm.

B’dan l-​eżempju Bibliku f’moħħha, il-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova aġġustat il-​mod kif jinħatru l-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali. B’seħħ mill-​1 taʼ Settembru 2014, il-​ħatriet bdew isiru b’dan il-​mod: Kull indokratur li jżur il-​kongregazzjonijiet jirrivedi bir-​reqqa r-​rakkomandazzjonijiet li hemm fil-​kongregazzjonijiet li jżur hu. Meta jżur il-​kongregazzjonijiet, se jipprova jsir jaf lil dawk li huma rakkomandati u jaħdem magħhom fil-​ministeru, jekk dan ikun possibbli. Wara li jiddiskuti r-​rakkomandazzjonijiet mal-​ġemgħa tal-​anzjani lokali, l-​indokratur li jżur il-​kongregazzjonijiet għandu r-​responsabbiltà li jaħtar l-​anzjani u l-​qaddejja ministerjali fil-​kongregazzjonijiet li jżur hu. B’dan il-​mod, l-​arranġament hu iktar fi qbil maʼ dak li kien jiġri fl-​ewwel seklu.

Indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet jiltaqaʼ maʼ ġemgħa t’anzjani

Anzjani li qed jiddiskutu l-kwalifiki Skritturali taʼ ħu mal-indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet (Il-Malawi)

Min jieħu ħsieb ix-​xogħol involut f’dan il-​proċess? Bħal kull soltu, “l-​ilsir leali u għaqli” għandu r-​responsabbiltà primarja li jitmaʼ lill-​qaddejja taʼ dar Kristu. (Mt. 24:45-​47) Dan jinkludi li jfittex fl-​Iskrittura, bl-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis, sabiex jagħti gwida dwar l-​applikar prattiku taʼ prinċipji Bibliċi li huma konnessi mal-​mod kif inhuma organizzati l-​kongregazzjonijiet madwar id-​dinja. Ukoll, l-​ilsir leali jaħtar lil kull indokratur li jżur il-​kongregazzjonijiet kif ukoll lil kull membru tal-​Kumitat tal-​Fergħa. Meta l-​uffiċċju tal-​fergħa jirċievi xi direzzjoni ġdida mill-​ilsir, l-​uffiċċju jagħti għajnuna prattika biex din id-​direzzjoni tiġi applikata. Kull ġemgħa tal-​anzjani għandha d-​dmir serju li tirrivedi bir-​reqqa l-​kwalifiki Skritturali tal-​aħwa rġiel li tirrakkomanda biex jinħatru fil-​kongregazzjoni t’Alla. Kull indokratur li jżur il-​kongregazzjonijiet għandu r-​responsabbiltà serja li bir-​reqqa u bit-​talb jikkunsidra r-​rakkomandazzjonijiet li jagħmlu l-​anzjani u mbagħad jaħtar l-​irġiel li jikkwalifikaw.

Meta nifhmu kif isiru l-​ħatriet, iktar napprezzaw is-​sehem li għandu l-​ispirtu qaddis f’dan il-​proċess. Imbagħad ikollna iktar fiduċja f’dawk li nħatru fil-​kongregazzjoni Kristjana u nirrispettawhom iżjed.—Ebr. 13:7, 17.

L-​IRWOL TAʼ DAWK INVOLUTI F’LI JAĦTRU

ĠEMGĦA LI TIGGVERNA:

Tagħti gwida dwar l-​applikar prattiku taʼ prinċipji Bibliċi li huma konnessi mal-​mod kif inhuma organizzati l-​kongregazzjonijiet. Taħtar lill-​indokraturi li jżuru l-​kongregazzjonijiet u l-​membri tal-​Kumitat tal-​Fergħa.

UFFIĊĊJU TAL-​FERGĦA:

Meta jirċievi xi direzzjoni ġdida mill-​Ġemgħa li Tiggverna, jagħti għajnuna prattika biex din id-​direzzjoni tiġi applikata.

ĠEMGĦA TAL-​ANZJANI:

Tirrivedi bir-​reqqa l-​kwalifiki Skritturali tal-​aħwa rġiel li tirrakkomanda biex jinħatru.

INDOKRATUR LI JŻUR IL-​KONGREGAZZJONIJIET:

Bir-​reqqa u bit-​talb jikkunsidra r-​rakkomandazzjonijiet li jagħmlu l-​anzjani u mbagħad jaħtar l-​irġiel li jikkwalifikaw.

IRĠIEL LI ĠEW RAKKOMANDATI:

Iridu juru l-​frott tal-​ispirtu u jilħqu l-​kwalifiki Skritturali.

Min huma ż-​żewġ xhieda li jissemmew f’​Rivelazzjoni kapitlu 11?

Rivelazzjoni 11:3 jitkellem dwar żewġ xhieda li kienu se jipprofetizzaw għal 1,260 jum. Imbagħad ir-​rakkont jgħid li l-​bhima salvaġġa kienet se “tirbħilhom u toqtolhom.” Imma wara “tlett ijiem u nofs,” dawn iż-​żewġ xhieda kellhom jerġgħu jingħataw il-​ħajja, u dawk kollha li rawhom kienu se jibqgħu mistagħġba.—Riv. 11:7, 11.

Min huma dawn iż-​żewġ xhieda? Id-​dettalji tar-​rakkont jgħinuna nwieġbu din il-​mistoqsija. L-​ewwel, jintqalilna li “huma simbolizzati miż-​żewġ siġriet taż-​żebbuġ u ż-​żewġ gandlieri.” (Riv. 11:4) Dan ifakkarna fil-​gandlier u ż-​żewġ siġriet taż-​żebbuġ deskritti fil-​profezija taʼ Żakkarija. Ir-​rakkont qal li dawn is-​siġriet taż-​żebbuġ taw stampa taż-​“żewġ midlukin,” jiġifieri, tal-​Gvernatur Żerubbabel u l-​Qassis il-​Kbir Ġożwè, “li qegħdin bil-​wieqfa maġenb il-​Mulej taʼ l-​art kollha.” (Żak. 4:1-​3, 14) It-​tieni, iż-​żewġ xhieda huma deskritti bħala li jwettqu sinjali simili għal dawk li wettqu Mosè u Elija.—Qabbel Rivelazzjoni 11:5, 6 maʼ Numri 16:1-​7, 28-​35 u l-​1 Slaten 17:1; 18:41-​45.

Dawn iż-​żewġ referenzi, jiġifieri dik tar-​Rivelazzjoni u dik taʼ Żakkarija, x’għandhom komuni bejniethom? F’kull każ, ir-​rakkont jirreferi għall-​midlukin t’Alla li ggwidaw lill-​poplu t’Alla matul żmien diffiċli taʼ prova jew irfinar. Għalhekk, fit-​twettiq taʼ Rivelazzjoni kapitlu 11, l-​aħwa midlukin li ggwidaw lill-​poplu t’Alla fiż-​żmien li ġiet stabbilita s-​Saltna t’Alla fis-​sema fl-​1914 ippritkaw għal tliet snin u nofs waqt li kienu “lebsin l-​ixkora.”a

Wara li spiċċaw jippritkaw lebsin l-​ixkora, dawn il-​midlukin inqatlu b’mod simboliku meta ġew mitfugħin il-​ħabs għal tlett ijiem u nofs simboliċi. Dan kien perijodu qasir meta mqabbel maʼ kemm damu jippritkaw. F’għajnejn l-​għedewwa tal-​poplu t’Alla, xogħolhom kien ġie fit-​tmiem, u dan ferraħ ħafna lil dawn l-​opponenti.—Riv. 11:8-​10.

Imma, fi qbil mal-​kliem tal-​profezija, wara li għaddew it-​tlett ijiem u nofs, iż-​żewġ xhieda reġgħu ngħataw il-​ħajja. Dawn il-​midlukin mhux talli nħelsu mill-​ħabs imma talli dawk li baqgħu leali rċivew kariga speċjali mingħand Alla permezz tal-​Mulej tagħhom, Ġesù Kristu. Fl-​1919, dawn kienu fost dawk li nħatru biex jaqdu bħala “lsir leali u għaqli” ħalli jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet spiritwali tal-​poplu t’Alla matul l-​aħħar jiem.—Mt. 24:45-​47; Riv. 11:11, 12.

Taʼ interess, Rivelazzjoni 11:1, 2 jorbot dawn il-​ġrajjiet maż-​żmien meta t-​tempju spiritwali kien se jiġi mkejjel, jew spezzjonat. Malakija kapitlu 3 jsemmi spezzjoni simili tat-​tempju spiritwali u żmien taʼ tindif li kien se jseħħ wara l-​ispezzjoni. (Mal. 3:1-​4) L-​ispezzjoni u x-​xogħol taʼ tindif, kemm damu għaddejjin? Bdew fl-​1914 u baqgħu għaddejjin sal-​bidu tal-​1919. Dan il-​perijodu taʼ żmien jinkludi kemm l-​1,260 jum (42 xahar) kif ukoll it-​tlett ijiem u nofs simboliċi li jissemmew f’​Rivelazzjoni kapitlu 11.

Kemm aħna ferħanin li Ġeħova rranġa għal dan ix-​xogħol taʼ rfinar spiritwali ħalli jnaddaf poplu speċjali għal għemejjel tajbin! (Titu 2:14) Barra minn hekk, napprezzaw l-​eżempju li ħallew il-​midlukin leali li ggwidaw lill-​poplu t’Alla matul dak iż-​żmien taʼ rfinar, u b’hekk qdew bħala ż-​żewġ xhieda simboliċi.b

Linja kronoloġika tat-tindif tat-tempju mill-1914 sal-1919

a Jidher li l-​ilbies tal-​ixkora li libsu ż-​żewġ xhieda jagħti stampa tas-​sabar u l-​umiltà li wrew waqt li ħabbru l-​ġudizzji taʼ Ġeħova. Kienu xhieda li qed ixandru l-​jum tal-​vendetta t’Alla—jum li kien se jġib ħafna niket lin-​nies.

b Għal iktar informazzjoni, ara It-​Torri tal-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju 2013, paġna 22, paragrafu 12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja