LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 11/15 pp. 31-32
  • Il-verità tal-Bibbja tasal il-Ġappun

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-verità tal-Bibbja tasal il-Ġappun
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • PIJUNIERI ŻELUŻI
  • “ĠEĦU”—KBIR U ŻGĦIR
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 11/15 pp. 31-32

MILL-​ARKIVJI TAGĦNA

Il-​verità tasal fil-​Ġappun

Aħwa Kristjani quddiem ajruplan li ntuża biex jinxterdu l-inviti

F’Tokyo ntużaw inviti għal taħdita pubblika, u f’Osaka l-inviti ġew imxerrdin mill-ajruplani

FIS-​6 taʼ Settembru 1926, Ġappuniż li kellu l-​kariga taʼ pellegrin (indokratur li jivvjaġġa) fl-​Istati Uniti mar lura l-​Ġappun bħala missjunarju. Jistennieh biex jilqgħu kien hemm l-​uniku wieħed li abbona għat-​Torri tal-​Għassa, li kien beda studju tal-​Bibbja maʼ grupp fil-​belt taʼ Kobe. F’din il-​belt, l-​Istudenti tal-​Bibbja kellhom l-​ewwel assemblea fit-​2 taʼ Jannar 1927. Attendew 36 u tgħammdu 8. Kien bidu tajjeb, imma dan il-​grupp żgħir, kif setaʼ jilħaq lis-​60 miljun ruħ li kienu jgħixu l-​Ġappun li kellhom bżonn jaraw il-​verità tal-​Bibbja?

Invit għal taħdita pubblika

F’Mejju 1927, Studenti tal-​Bibbja mimlijin entużjażmu bdew kampanja taʼ ppritkar f’postijiet pubbliċi biex jirreklamaw serje taʼ taħditiet ibbażati fuq il-​Bibbja. Għall-​ewwel taħdita, li kellha ssir f’Osaka, l-​aħwa poġġew tabelli fuq il-​bankini u għamlu billboards kbar mal-​belt kollha u bagħtu 3,000 stedina lil nies prominenti. Ħallew 150,000 invit u rreklamaw it-​taħdita fil-​gazzetti prinċipali taʼ Osaka u fuq 400,000 biljett tal-​ferrovija. Dakinhar tat-​taħdita, żewġ ajruplani ttajru mal-​belt u xerrdu 100,000 invit. Xi 2,300 ruħ imlew l-​Osaka Asahi Hall biex jisimgħu t-​taħdita “Is-​Saltna t’Alla hi fil-​qrib.” Xi elf ieħor baqgħu ma semgħu xejn għax ma kellhomx fejn joqogħdu. Wara t-​taħdita, minn dawk li attendew kien hemm iktar minn 600 li baqgħu għas-​sessjoni taʼ mistoqsijiet u tweġibiet. Matul ix-​xhur taʼ wara, taħditiet pubbliċi bbażati fuq il-​Bibbja ngħataw fil-​belt taʼ Kyoto u bliet oħra fin-​naħa tal-​Punent tal-​Ġappun.

F’Ottubru 1927, l-​Istudenti tal-​Bibbja rranġaw biex ikun hemm taħditiet f’Tokyo. Għal darb’oħra, ingħataw inviti lil nies prominenti—fosthom il-​prim ministru, membri parlamentari, u mexxejja reliġjużi u militari. Intużaw posters, reklami fil-​gazzetti, u 710,000 invit. Għat-​tliet taħditiet fil-​belt kapitali tal-​Ġappun attendew 4,800 ruħ.

PIJUNIERI ŻELUŻI

Katsuo u Hagino Miura

Katsuo u Hagino Miura

Il-​pijunieri (li dak iż-​żmien kienu jissejħu colporteurs) kellhom sehem importanti f’li jxandru l-​messaġġ tas-​Saltna lil kull dar. Matsue Ishii, li kienet waħda mill-​ewwel pijunieri fil-​Ġappun, u żewġha Jizo, koprew tliet kwarti tal-​pajjiż, minn Sapporo li qiegħda fit-​Tramuntana sa Sendai, Tokyo, Yokohama, Nagoya, Osaka, Kyoto, Okayama, u Tokushima. Oħtna Ishii u oħt akbar minnha, Sakiko Tanaka, libsu kimoni formali biex iżuru lil uffiċjali tal-​gvern imlaħħqin. Wieħed minnhom talab għal 300 ktieb taʼ The Harp of God u 300 ktieb taʼ Deliverance biex jitpoġġew fil-​libreriji tal-​ħabs.

Katsuo u Hagino Miura aċċettaw il-​kotba minn Oħtna Ishii u mill-​ewwel għarfu li kienet il-​verità. Tgħammdu fl-​1931 u saru pijunieri. Haruichi u Tane Yamada, u ħafna mill-​qraba tagħhom, aċċettaw il-​messaġġ tas-​Saltna f’xi żmien qabel l-​1930. Il-​koppja Yamada saru pijunieri, u binthom Yukiko, marret taqdi fil-​Betel taʼ Tokyo.

“ĠEĦU”—KBIR U ŻGĦIR

Ġeħu kbir

Ġeħu kbir li ġo fih setgħu jorqdu sitt pijunieri

F’dak iż-​żmien, il-​karozzi kienu jiswew ħafna u t-​toroq kienu diżastru. Għaldaqstant, Kazumi Minoura u pijunieri żgħażagħ oħra użaw karavani mingħajr magni. Dan it-​tip taʼ karavan laqqmuh Ġeħu, għall-​Iżraeli li kien isuq il-​karru bl-​addoċċ u li sar wieħed mis-​slaten t’Iżrael. (2 Slat. 10:15-​16) Kull Ġeħu kbir kien twil 2.2 metri, wiesaʼ 1.9 metru, u għoli 1.9 metru u ġo fih setgħu jorqdu sitt pijunieri. Apparti minn hekk, il-​Betel tal-​Ġappun għamlet 11-​il Ġeħu żgħir. Ġo fihom setgħu jorqdu żewġt irġiel u setgħu jmexxuhom bir-​rota. Kiichi Iwasaki, li għen biex jipproduċi dawn il-​karavani, jiftakar, “Kull Ġeħu kellu tinda flimkien maʼ batterija taʼ karozza biex tipprovdi d-​dawl.” Il-​pijunieri kienu qed iwasslu l-​verità mal-​Ġappun kollu billi jiġbdu u jimbottaw dawn il-​karavani fit-​tlajjaʼ u l-​inżul tal-​muntanji u jaqsmu l-​widien minn Hokkaido fit-​Tramuntana sa Kyushu fin-​Nofsinhar.

Ġeħu żgħir

Ġeħu żgħir li ġo fih setgħu jorqdu żewġ pijunieri

Il-​pijunier Ikumatsu Ota qal: “Meta konna naslu fil-​belt, konna narmaw il-​Ġeħu tagħna f’xatt ix-​xmara jew f’għalqa. L-​ewwel konna nżuru nies prominenti bħas-​sindku, u mbagħad konna nżuru d-​djar biex nintroduċu l-​letteratura tagħna. Wara li konna nkopru t-​territorju, konna mmorru l-​belt li jkun imiss.”

Kien hemm biss grupp taʼ 36 Student tal-​Bibbja f’Kobe għall-​ewwel assemblea. (Żak. 4:10) Ħames snin biss wara—fl-​1932—103 pijunieri u pubblikaturi fil-​Ġappun kienu qed jitfgħu r-​rapport tas-​servizz. Dawn ħallew iktar minn 14,000 ktieb. Illum, fil-​bliet kbar tal-​Ġappun qed isir ippritkar organizzat sew f’postijiet pubbliċi. U kważi 220,000 pubblikatur qed jippritkaw mal-​Ġappun kollu.—Mill-​arkivji tagħna fil-​Ġappun.

Sketches tal-karavani

Sketches minn Kiichi Iwasaki, li bena l-karavani fil-Betel tal-Ġappun

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja