11 Iktar tard Sawl bagħat xi messaġġiera+ lejn id-dar taʼ David biex jgħassuha u biex joqtluh fil-għodu;+ imma martu Mikal kellmet lil David u qaltlu: “Jekk ma ssalvax ruħek dan il-lejl, għada tkun mejjet.”
3 Għaldaqstant, Ġuda ħa miegħu lill-ġemgħa tas-suldati u l-uffiċjali tal-qassisin ewlenin u tal-Fariżej, u marru hemmhekk b’torċi u msiebaħ u armi.+
28 Imbagħad ħadu lil Ġesù mingħand Kajfa għall-palazz tal-gvernatur.+ Issa kien fil-għodu kmieni. Imma huma stess ma daħlux fil-palazz tal-gvernatur biex ma jitniġġsux,+ u jkunu jistgħu jieklu l-ikla tal-Qbiż.
24 Madankollu, Sawl sar jaf bil-komplott tagħhom kontrih. Imma, sabiex jeħilsu minnu, anki mal-bibien tal-belt kienu qed jagħmlu għassa stretta, kemm bi nhar u kemm bil-lejl.+