LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • 1 Samwel 16:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Imma Ġeħova qal lil Samwel: “Tħarisx lejn id-​dehra tiegħu u lejn it-​tul taʼ l-​istatura tiegħu,+ għax jien warrabtu. Għax mhux bħalma jara l-​bniedem jara Alla,+ għaliex il-​bniedem jara dak li jidher f’għajnejh;+ imma Ġeħova jara l-​qalb.”+

  • Ġob 34:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 Għax skond kif jaġixxi l-​bniedem hu jippremjah,+

      U jġiegħel jiġi fuq il-​bniedem dak li ħaqqha triqtu.

  • Proverbji 24:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 Jekk tgħid: “Ara! Ma konniex nafu b’dan,”+ mhux se jinduna dak li qed jiżen il-​qlub?+ U dak li qiegħed josservak mhux se jkun jaf?+ U mhux se jħallas lura lill-​bniedem skond għemilu?+

  • Ġeremija 32:19
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 19 int li kbir fl-​iskop+ u kotran fl-​għemejjel,+ li għajnejk miftuħin fuq it-​triqat kollha taʼ wlied il-​bnedmin,+ sabiex tagħti lil kulħadd skond triqatu u skond frott l-​għemejjel tiegħu;+

  • Eżekjel 7:27
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 27 Is-sultan stess ikun imnikket;+ u kap ewlieni jinħakem mid-​disprament,+ u minħabba t-​taħwid idejn in-​nies tal-​pajjiż jitriegħdu. Jien naġixxi magħhom skond triqithom,+ u bil-​ġudizzji tagħhom niġġudikahom;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”+

  • Rumani 2:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 Għax hu jagħti lil kull wieħed skond għemilu:+

  • 2 Korintin 5:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 Għax ilkoll irridu nidhru quddiem it-​tron tal-​ġudizzju tal-​Kristu,+ biex kull wieħed jieħu ħlasu għal dak li għamel permezz tal-​ġisem, skond dak li jkun ipprattika, sew jekk tajjeb u sew jekk ħażin.+

  • Galatin 6:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Titqarrqux:+ Alla ma jidħaq bih ħadd.+ Għax dak li bniedem jiżraʼ, dak ukoll jaħsad;+

  • Kolossin 3:25
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 25 Min jagħmel il-​ħażen żgur se jitħallas+ tal-​ħażen li jkun għamel, u m’hemm ebda parzjalità.+

  • 2 Timotju 4:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 Alessandru+ li jaħdem ir-​ram aħmar kemm-il darba għamilli l-​ħsara—Ġeħova jħallsu taʼ l-​għemejjel tiegħu+—

  • 1 Pietru 1:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Iktar minn hekk, jekk qed issejħu lill-​Missier li jiġġudika b’mod imparzjali+ lil kull wieħed skond għemilu, ġibu ruħkom bil-​biżaʼ+ matul iż-​żmien li qed tgħixu bħala residenti barranin.+

  • Rivelazzjoni 20:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 U rajt il-​mejtin, il-​kbar u ż-​żgħar,+ weqfin quddiem it-​tron, u nfetħu r-​rombli. U nfetaħ romblu ieħor, ir-​romblu tal-​ħajja.+ U l-​mejtin ġew ġudikati fuq dak li kien miktub fir-​rombli skond l-​għemejjel tagħhom.+

  • Rivelazzjoni 22:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 “‘Ara! Jien ġej malajr,+ u l-​ħlas+ li nagħti jkun miegħi, biex nagħti lil kull wieħed skond għemilu.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja