8 Huma malajr warrbu mit-triq li jien ikkmandajthom biex jimxu fiha.+ Għamlu għalihom statwa t’għoġol minn metall imdewweb u qed imilu quddiemu u joffrulu sagrifiċċji u jgħidu, ‘Dan hu Alla tiegħek, O Israel, li tellgħek mill-art taʼ l-Eġittu.’”+
20 Għalhekk, Samwel qal lin-nies: “Tibżgħux.+ Intom—intom għamiltu dan il-ħażen kollu. Biss titwarrbux milli ssegwu lil Ġeħova,+ u aqdu lil Ġeħova b’qalbkom kollha.+
13 Il-biżaʼ taʼ Ġeħova jfisser li tobgħod il-ħażen.+ Is-suppervja u l-kburija+ u t-triq il-ħażina u l-fomm li jgħid affarijiet imħassrin+ jien bgħadthom.
21 Għax kien ikun aħjar għalihom li kieku ma sarux jafu eżatt it-triq tas-sewwa milli,+ wara li jsiru jafuha eżatt, jitbiegħdu mill-kmandament qaddis li ngħatalhom.+
23 salvawhom+ billi taħtfuhom minn ġon-nar.+ Imma komplu uru ħniena m’oħrajn, u agħmlu dan bil-biżaʼ, waqt li tobogħdu saħansitra l-libsa li ttebbgħet mil-laħam.+