LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eżodu 34:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 U Ġeħova għadda minn quddiem wiċċu u ddikjara: “Ġeħova, Ġeħova, Alla ħanin+ u grazzjuż,+ bil-​mod biex jirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba+ u l-​verità,+

  • Dewteronomju 32:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  4 Il-Blata, perfett għemilu,+

      Għax triqatu kollha huma ġustizzja.+

      Alla taʼ fedeltà,+ li miegħu m’hemm ebda inġustizzja;+

      Ġust u rett hu.+

  • Neħemija 9:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 8 U f’qalbu int sibt il-​fedeltà lejk;+ u għalhekk intrabatt b’patt+ miegħu biex tagħtih l-​art tal-​Kangħanin, il-​Ħittin, l-​Amurrin u l-​Pereżin u l-​Ġebusin u l-​Girgasin, biex tagħtiha lil nislu;+ u wettaqt kliemek, għaliex int ġust.+

  • Salm 103:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  8 Ġeħova ħanin u grazzjuż,+

      Bil-​mod biex jirrabja u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba.+

  • Salm 119:137
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 137 Int ġust, O Ġeħova,+

      U d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek huma retti.+

  • Salm 145:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Ġeħova hu ġust fi triqatu kollha+

      U leali fl-​għemejjel kollha tiegħu.+

  • Rumani 3:25
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 25 Alla tah bħala offerta propizjatorja*+ permezz tal-​fidi f’demmu.+ Dan kien sabiex juri l-​ġustizzja tiegħu, għax kien qed jaħfer id-​dnubiet+ li seħħew fil-​passat waqt li Alla kien qed jeżerċita t-​tolleranza;+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja