27 Mosè minnufih medd idu fuq il-baħar, u malli kien se jibda jisbaħ, il-baħar beda ġej lura għan-normal. Sadanittant l-Eġizzjani kienu qed jaħarbu biex jiskansawh, imma Ġeħova tefaʼ lill-Eġizzjani f’nofs il-baħar.+
4 lanqas x’għamel lill-qawwiet militari taʼ l-Eġittu, liż-żwiemel u l-karrijiet tal-gwerra tiegħu li għal fuq wiċċhom qaleb l-ilmijiet tal-Baħar l-Aħmar meta kienu qed jiġru warajkom,+ u Ġeħova qeridhom b’mod li ma rkuprawx minnu sa dan il-jum;+
11 U l-baħar fraqtu+ quddiemhom, u b’hekk huma qasmu għan-naħa l-oħra minn nofs il-baħar fuq art niexfa;+ u lil dawk li ġrew warajhom xħetthom fil-fond+ bħal ġebla+ fl-ilmijiet qawwijin.+