Salmi
Lid-direttur. Fuq il-Gittit.*+ Melodija taʼ David.
8 O Ġeħova Mulej tagħna, kemm hu maestuż ismek fl-art kollha,+
Int li d-dinjità tiegħek imsemmija ’l fuq mis-smewwiet!+
2 Minn fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib int urejt saħħtek,+
Minħabba dawk li qed jiħduha kontrik,+
Sabiex twaqqaf lill-għadu u ’l dak li qed jivvendika ruħu.+
3 Meta nara s-smewwiet tiegħek, għemil subgħajk,+
Il-qamar u l-kwiekeb li int ħejjejt,+
4 X’inhu l-bniedem mortali+ biex iżżommu f’moħħok,+
U bin il-bniedem biex tieħu ħsiebu?+
7 Nagħaġ u mogħoż u gniedes, ilkoll kemm huma,+
Kif ukoll il-bhejjem tar-rabaʼ,+
8 L-għasafar tas-sema u l-ħut tal-baħar,+
Kulma jgħaddi mill-passaġġi taʼ l-ibħra.+
9 O Ġeħova Mulej tagħna, kemm hu maestuż ismek fl-art kollha!+