Salmi
Lid-direttur. Fuq Maħalat.*+ Maskil.* Taʼ David.
53 Min hu bla sens qal f’qalbu:
“M’hemmx Ġeħova.”+
Huma aġixxew b’mod mill-agħar u għamlu affarijiet mhux sewwa u mistkerrhin;+
M’hemm ħadd li qed jagħmel it-tajjeb.+
2 Alla ħares ’l isfel mis-sema lejn ulied il-bnedmin,+
Biex jara jekk hemmx xi ħadd li għandu d-dehen, xi ħadd li qed ifittex lil Ġeħova.+
3 Ilkoll daru lura, ilkoll kemm huma mħassrin;+
M’hemm ħadd li qed jagħmel it-tajjeb,+
Lanqas wieħed li hu wieħed.
4 Fost dawk li jipprattikaw il-ħsara, m’hemm ħadd li għandu l-għarfien?+
Għax jieklu lill-poplu tiegħi qishom qed jieklu l-ħobż.+
Ma sejħux lil Ġeħova.+