25 Jekk raġel jidneb kontra raġel,+ Alla jidħol għalih;+ imma jekk raġel jidneb kontra Ġeħova,+ min ikun hemm biex jitlob għalih?”+ Imma ma kinux jisimgħu minn kliem missierhom,+ għaliex issa Ġeħova għoġbu jagħtihom il-mewt.+
16 Imma huma kienu jwaqqgħu għaċ-ċajt+ kontinwament lill-messaġġiera taʼ l-Alla l-veru u jistmerru kliemu+ u jiżżuffjettaw+ bil-profeti tiegħu, sakemm il-korla+ taʼ Ġeħova xegħlet kontra l-poplu tiegħu, sakemm ma kienx hemm fejqan.+
3 “Mis-sena tlettax taʼ Ġosija+ bin Amon, is-sultan taʼ Ġuda, sa llum, għal dawn it-tlieta u għoxrin sena, ġiet għandi l-kelma taʼ Ġeħova, u jien kellimtkom kemm-il darba, iva, kont inbakkar fil-għodu biex inkellimkom, imma intom ma smajtux.+