2 Samwel
14 Issa Ġowab,+ bin Seruja,+ sar jaf li qalb is-sultan kienet miġbuda lejn Absalom.+ 2 Għaldaqstant, Ġowab bagħat iġib minn Tekogħa+ mara għaqlija+ u qalilha: “Jekk jogħġbok, agħmel il-vistu, u ilbes ilbies tal-vistu, jekk jogħġbok, u tindilikx biż-żejt;+ u kun bħal mara li ilha ħafna jiem bil-vistu minħabba xi ħadd mejjet.+ 3 U idħol għand is-sultan u għidlu din il-kelma.” U Ġowab qegħdilha l-kliem fuq fommha.+
4 U l-mara Tekogħija daħlet għand is-sultan u nxteħtet wiċċha fl-art+ u qalet: “Għinni,+ O sultan!” 5 U s-sultan qalilha: “Xi ġralek?” Hi wiġbitu: “Fil-fatt jien mara armla,+ issa li żewġi miet. 6 U l-qaddejja tiegħek kellha żewġ ulied, u t-tnejn li huma bdew jissieltu maʼ xulxin fir-rabaʼ+ u ma kienx hemm ħellies+ biex jifridhom. Fl-aħħar, wieħed darab lill-ieħor u qatlu. 7 U, ara, il-familja kollha qamet kontra l-qaddejja tiegħek u għadhom jgħidulha, ‘Agħtina l-qattiel taʼ ħuh, sabiex nagħtuh il-mewt ħalli jpatti għall-ħajja taʼ ħuh+ li hu qatel,+ u ħa neqirdu saħansitra l-werriet!’ U huma se jitfu l-ġamar jaqbad li baqagħli, u b’hekk lil żewġi la jagħtuh isem u lanqas fdal fuq wiċċ l-art.”+
8 Imbagħad is-sultan qal lill-mara: “Mur lejn darek, u jien stess nagħti kmand dwarek.”+ 9 Għal dan, il-mara Tekogħija qalet lis-sultan: “Fuqi, O sidi s-sultan, ikun l-iżball, u wkoll fuq dar missieri,+ waqt li s-sultan u t-tron tiegħu huma innoċenti.” 10 U s-sultan issokta jgħidilha: “Jekk ikun hemm xi ħadd li jkellmek, ġibu għandi, u qatt ma jerġaʼ jweġġgħek.” 11 Imma hi qalet: “Ħa jiftakar is-sultan, jekk jogħġbu, f’Ġeħova Alla tiegħek,+ biex dak li għandu d-dritt jivvendika ruħu għad-demm+ ma jibqax jikkaġuna ħsara u biex huma ma jeqirdux lil ibni.” Għal dan, qalilha: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ lanqas xagħra waħda+ taʼ ibnek ma taqaʼ fl-art.” 12 Il-mara issa qalet: “Jekk jogħġbok, ħa tgħid il-qaddejja+ tiegħek kelma+ lil sidi s-sultan.” Għalhekk, qalilha: “Tkellem!”+
13 U l-mara ssoktat tgħidlu: “Għala, allura, irraġunajt hekk+ kontra l-poplu t’Alla?+ B’din il-kelma li qed jgħid, is-sultan hu bħal wieħed li hu ħati,+ għax is-sultan ma jġibx lura l-eżiljat tiegħu.+ 14 Għax aħna żgur li+ mmutu u nkunu bħall-ilmijiet li qed jissawbu lejn l-art u li ma jistgħux jinġabru. Imma Alla ma jieħu lil ebda ruħ,+ u stabbilixxa raġunijiet għala l-wieħed eżiljat m’għandux jiġi eżiljat minnu. 15 U issa jekk ġejt ngħid din il-kelma lil sidi s-sultan, huwa għaliex in-nies beżżgħuni. Għalhekk il-qaddejja tiegħek qalet, ‘Jekk jogħġbok, ħa nkellem lis-sultan. Għandu mnejn is-sultan jaġixxi skond il-kelma taʼ l-ilsira tiegħu. 16 Peress li s-sultan ta widen sabiex jeħles lill-ilsira tiegħu minn idejn il-bniedem li pprova jeqred lili u lill-iben waħdieni tiegħi mill-wirt mogħti minn Alla,’+ 17 il-qaddejja tiegħek qalet, ‘Jekk jogħġbok, ħa sservi l-kelma taʼ sidi s-sultan biex tkun taʼ serħan.’ Għax bħal anġlu+ taʼ l-Alla l-veru hu sidi s-sultan, biex jagħraf x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin,+ u jalla Ġeħova Alla tiegħek juri li qiegħed miegħek.”
18 Is-sultan issa wieġeb u qal lill-mara: “Jekk jogħġbok, taħbix minni xi ħaġa li qed nistaqsik dwarha.”+ Il-mara wiġbitu: “Ħa jitkellem sidi s-sultan, jekk jogħġbu.” 19 U s-sultan issokta jgħidilha: “Jaqaw hemm id Ġowab+ miegħek f’dan kollu?”+ Imbagħad il-mara wieġbet u qalet: “Daqskemm ruħek hi ħajja,+ O sidi s-sultan, dak li għedt int hu assolutament korrett; għax kien il-qaddej tiegħek Ġowab li kkmandani, u kien hu li qiegħed dan il-kliem kollu fuq fomm il-qaddejja tiegħek.+ 20 Huwa biex din il-kwistjoni taraha b’mod differenti li l-qaddej tiegħek Ġowab għamel din il-ħaġa, imma sidi hu għaref bħallikieku bl-għerf taʼ l-anġlu+ taʼ l-Alla l-veru, u b’hekk ikun jaf kulma jsir fuq l-art.”
21 Wara dan, is-sultan qal lil Ġowab: “Ara! Issa jien se nagħmel din il-ħaġa.+ Għalhekk, mur u ġib lura liż-żagħżugħ Absalom.”+ 22 Għal dan, Ġowab waqaʼ u nxteħet wiċċu fl-art u bierek lis-sultan;+ u Ġowab issokta jgħid: “Illum il-qaddej tiegħek jaf li jien sibt il-ħniena f’għajnejk,+ O sidi s-sultan, għaliex is-sultan aġixxa skond il-kelma tal-qaddej tiegħu.” 23 U Ġowab qam u mar il-Gesur+ u ġab lil Absalom lejn Ġerusalemm.+ 24 Madankollu, is-sultan qal: “Ħa jdur lejn daru, imma wiċċi ma jarahx.”+ Għalhekk, Absalom dar lejn daru, u wiċċ is-sultan ma rahx.
25 Issa f’Israel kollu ma kienx hemm raġel ieħor daqstant sabiħ+ u taʼ min ifaħħru daqs kemm kien Absalom. Minn qiegħ siequ sal-qorriegħa taʼ rasu ma kien hemm ebda difett fih. 26 U meta kien iqarweż rasu—u din kien iqarwiżha fi tmiem kull sena; għaliex kienet tkun tqila ħafna+ fuqu kien iqarwiżha—kien jiżen xagħar rasu, mitejn xekel skond l-użin* irjali. 27 U lil Absalom twildulu tliet ulied subien+ u tifla li kien jisimha Tamar. Din kienet sabiħa wisq fl-għajn.+
28 U Absalom baqaʼ jgħammar f’Ġerusalemm sentejn sħaħ, u wiċċ is-sultan ma rahx.+ 29 Għalhekk, Absalom bagħat għal Ġowab biex jibagħtu għand is-sultan, imma ma riedx jiġi għandu. Imbagħad reġaʼ bagħat għalih, it-tieni darba, u ma riedx jiġi. 30 Fl-aħħar, hu qal lill-qaddejja tiegħu: “Araw il-medda art taʼ Ġowab li qiegħda ħdejn tiegħi, u hemmhekk għandu x-xgħir. Morru u agħtuha n-nar.”+ Għaldaqstant, il-qaddejja t’Absalom taw in-nar lil dik il-medda art.+ 31 Għal dan, Ġowab qam u mar għand Absalom id-dar u qallu: “Il-qaddejja tiegħek għala taw in-nar lill-medda art tiegħi?” 32 Għalhekk, Absalom qal lil Ġowab: “Ara! Jien bgħatt għalik u għedtlek, ‘Ejja hawnhekk ħa nibagħtek għand is-sultan, u tgħidlu: “Għalfejn ġejt jien mill-Gesur?+ Kien ikun aħjar għalija li għadni hemmhekk. U issa ħallini nara wiċċ is-sultan u, jekk hemm xi żball fija,+ hu għandu jagħtini l-mewt.”’”
33 Wara dan, Ġowab daħal għand is-sultan u qallu b’kollox. Imbagħad hu sejjaħ lil Absalom, li issa daħal għand is-sultan u nxteħet fl-art quddiemu, u waqaʼ wiċċu fl-art quddiem is-sultan; u mbagħad is-sultan bies lil Absalom.+