Proverbji 20:13 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 13 Tħobbx l-irqad, sabiex ma tiftaqarx.+ Iftaħ għajnejk; ixbaʼ bil-ħobż.+ Proverbji 24:33 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 33 Orqod ftit ieħor, ongħos ftit ieħor, imtedd ftit ieħor b’idejk marbutin,+ Proverbji 26:15 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 15 L-għażżien ħeba idu fl-iskutella taʼ l-ikel; għeja wisq biex ireġġagħha lura lejn ħalqu.+ Ekkleżjasti 4:5 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 5 L-istupidu jorbot idejh+ u jiekol laħmu stess.+