4 U bis-sewwa jiġġudika lill-batuti,+ u b’mod rett jagħti twiddib għan-nom tal-ġwejdin taʼ l-art. U se jsawwat l-art bil-ħatar taʼ fommu;+ u bl-ispirtu taʼ xofftejh jagħti l-mewt lill-ħażin.+
42Ara! Il-qaddej tiegħi,+ li nżommu sod!+ Il-magħżul tiegħi,+ li ruħi approvat!+ Jien qegħedt l-ispirtu tiegħi fih.+ Se juri l-ġustizzja lill-ġnus.+