5 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Għid lil ulied Israel, ‘Intom poplu rasu iebsa.+ F’mument wieħed+ nistaʼ nitlaʼ f’nofsok u neqirdek għalkollox. Għalhekk, issa inżaʼ minn fuqek it-tiżjin tiegħek, għax irrid inkun naf x’se nagħmillek.’”+
6 Għax missirijietna aġixxew b’nuqqas taʼ fedeltà+ u għamlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova Alla tagħna,+ u b’hekk telquh+ u dawru wiċċhom lil hinn mit-tabernaklu taʼ Ġeħova+ u tawh daharhom.