2 Kronaki
29 Ħeżekija+ sar sultan meta kellu ħamsa u għoxrin sena, u dam isaltan disgħa u għoxrin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Abija, bint Żakkarija.+ 2 U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova,+ skond kulma kien għamel David, missieru.+ 3 Hu stess, fl-ewwel sena tar-renju tiegħu, fl-ewwel xahar, fetaħ il-bibien tad-dar taʼ Ġeħova u beda jsewwihom.+ 4 Imbagħad ġab il-qassisin u l-Leviti u ġabarhom fil-misraħ+ lejn il-lvant. 5 U qalilhom: “Isimgħuni, Leviti. Issa tqaddsu+ intom u qaddsu d-dar taʼ Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietkom, u oħorġu dak li mhux safi mill-post qaddis.+ 6 Għax missirijietna aġixxew b’nuqqas taʼ fedeltà+ u għamlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova Alla tagħna,+ u b’hekk telquh+ u dawru wiċċhom lil hinn mit-tabernaklu taʼ Ġeħova+ u tawh daharhom. 7 Huma għalqu wkoll il-bibien+ tal-loġġa u żammew l-imsiebaħ mitfijin,+ u ma ħarqux l-inċens,+ u m’offrewx is-sagrifiċċji tal-ħruq fil-post qaddis lill-Alla taʼ Israel.+ 8 U l-għadab+ taʼ Ġeħova waqaʼ fuq Ġuda u Ġerusalemm, u b’hekk għamilhom oġġett li jwaħħax,+ oġġett taʼ stagħġib+ u taʼ tisfir,+ bħalma qed taraw b’għajnejkom stess. 9 U, ara, missirijietna mietu bis-sejf,+ u wliedna, subien u bniet, u n-nisa tagħna kienu fil-jasar minħabba dan.+ 10 Issa nixtieq minn qalbi li nagħmel patt+ maʼ Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, biex ir-rabja taħraq tiegħu terġaʼ lura minna. 11 Issa, uliedi, titnikkrux,+ għax lilkom għażel Ġeħova biex tieqfu quddiemu u taqduh+ u tkomplu tkunu l-ministri tiegħu+ u toffru d-duħħan tas-sagrifiċċji.”+
12 Għal dan, qamu l-Leviti:+ Maħat, bin Għamasaj, u Ġoel, bin Għażarija, minn ulied il-Keħatin;+ u minn ulied Merari,+ Kis, bin Għabdi, u Għażarija, bin Ġeħallelel; u mill-Gersonin,+ Ġowaħ, bin Żimma, u Għeden, bin Ġowaħ; 13 u minn ulied Elisafan,+ Simri u Ġegħuwel; u minn ulied Asaf,+ Żakkarija u Mattanija; 14 u minn ulied Ħeman,+ Ġeħijel u Simgħi; u minn ulied Ġedutun,+ Semajja u Użżijel. 15 Imbagħad ġabru lil ħuthom flimkien u tqaddsu+ u marru, skond il-kmand tas-sultan, skond il-kliem+ taʼ Ġeħova, biex inaddfu+ d-dar taʼ Ġeħova. 16 Il-qassisin daħlu fid-dar taʼ Ġeħova biex inaddfu u kulma sabu li kellu n-nuqqas taʼ ndafa fit-tempju taʼ Ġeħova ħarġuh fil-bitħa+ tad-dar taʼ Ġeħova. Imbagħad il-Leviti ħaduh biex iġorruh ’il barra lejn il-wied taʼ Kidron.+ 17 B’hekk, bdew it-taqdis fl-ewwel jum taʼ l-ewwel xahar, u fit-tmienja tax-xahar waslu fil-loġġa+ taʼ Ġeħova; u b’hekk qaddsu d-dar taʼ Ġeħova fi tmint ijiem, u fis-sittax taʼ l-ewwel+ xahar lestew.
18 Imbagħad daħlu għand Ħeżekija, is-sultan, u qalulu: “Naddafna d-dar taʼ Ġeħova kollha kemm hi, l-artal+ taʼ l-offerta tal-ħruq u l-għodod kollha tiegħu,+ u l-mejda+ tal-ħobż preżentat f’saffi u l-għodod kollha tagħha.+ 19 U l-għodod+ kollha li s-Sultan Aħaż+ ma baqax juża matul ir-renju tiegħu minħabba n-nuqqas taʼ fedeltà tiegħu+ ħejjejniehom u qaddisniehom;+ u qegħdin hemmhekk quddiem l-artal taʼ Ġeħova.”
20 U Ħeżekija,+ is-sultan, qam kmieni+ u ġabar il-prinċpijiet+ tal-belt flimkien u telaʼ lejn id-dar taʼ Ġeħova. 21 U dawn ġabu sebaʼ barrin,+ sebaʼ mtaten, sebat iħrief irġiel, u sebaʼ bdabad bħala offerta għad-dnub+ preżentata għas-saltna, għas-santwarju, u għal Ġuda. Għalhekk, hu qal lil ulied Aron, il-qassisin,+ biex joffruhom fuq l-artal taʼ Ġeħova. 22 Għaldaqstant qatlu+ l-barrin, u l-qassisin ħadu d-demm+ u raxxewh+ fuq l-artal; imbagħad qatlu l-imtaten+ u raxxew id-demm+ fuq l-artal, u qatlu l-ħrief u raxxew id-demm fuq l-artal. 23 Imbagħad ġabu l-bdabad+ taʼ l-offerta għad-dnub quddiem is-sultan u l-kongregazzjoni u qiegħdu idejhom fuqhom.+ 24 Il-qassisin issa qatluhom u għamlu offerta għad-dnub bid-demm tagħhom fuq l-artal, biex jagħmlu tpattija għal Israel kollu;+ għaliex is-sultan qal li l-offerta tal-ħruq u l-offerta għad-dnub kellhom+ ikunu għal Israel kollu.+
25 Sadanittant, hu ġiegħel lil-Leviti+ jieħdu posthom fid-dar taʼ Ġeħova, biċ-ċimbali,+ bl-istrumenti tal-korda,+ u bl-arpi,+ skond il-kmand taʼ David+ u taʼ Gad,+ il-viżjonarju tas-sultan, u taʼ Natan,+ il-profeta, għax kien b’id Ġeħova li l-kmand ngħata permezz tal-profeti tiegħu.+ 26 Għalhekk, il-Leviti baqgħu bil-wieqfa bl-istrumenti+ taʼ David, kif ukoll il-qassisin bit-trumbetti.+
27 Imbagħad Ħeżekija qalilhom biex joffru s-sagrifiċċju tal-ħruq fuq l-artal; u x’ħin bdiet l-offerta tal-ħruq, bdew jgħannu+ lil Ġeħova, kif ukoll idoqqu t-trumbetti mmexxijin mill-istrumenti taʼ David, is-sultan taʼ Israel. 28 U l-kongregazzjoni kollha mielet+ waqt li l-kant kien qed jidwi+ u t-trumbetti jdoqqu—dan kollu sakemm intemmet l-offerta tal-ħruq. 29 U malli ntemmet l-offerta, is-sultan u dawk kollha li kienu miegħu mielu u nxteħtu fl-art.+ 30 Ħeżekija, is-sultan, u l-prinċpijiet+ issa qalu lil-Leviti biex ifaħħru lil Ġeħova bi kliem David+ u Asaf,+ il-viżjonarju. Għalhekk, bdew joffru t-tifħir, iva, b’hena kbir,+ u baqgħu jmilu u jinxteħtu fl-art.+
31 Fl-aħħar, Ħeżekija wieġeb u qal: “Issa intom tqaddistu+ għal Ġeħova. Ersqu, u ġibu s-sagrifiċċji+ u s-sagrifiċċji taʼ radd il-ħajr+ lejn id-dar taʼ Ġeħova.” U l-kongregazzjoni bdiet iġġib is-sagrifiċċji u s-sagrifiċċji taʼ radd il-ħajr, u kulmin qalbu qanqlitu ġab offerti tal-ħruq.+ 32 U l-għadd taʼ l-offerti tal-ħruq li ġabet il-kongregazzjoni kien sebgħin baqra, mitt muntun, u mitejn ħaruf—dawn kollha bħala offerta tal-ħruq lil Ġeħova;+ 33 kif ukoll l-offerti mqaddsin, sitt mitt baqra u tlett elef nagħġa. 34 Biss il-qassisin+ kienu ftit wisq, u ma setgħux iqaxxru l-offerti tal-ħruq kollha.+ Għalhekk, ħuthom+ il-Leviti għenuhom sakemm tlesta+ x-xogħol u sakemm il-qassisin setgħu jitqaddsu,+ għax il-Leviti kienu iktar retti+ f’qalbhom biex jitqaddsu milli kienu l-qassisin. 35 U, ukoll, l-offerti tal-ħruq+ kienu fi kwantità kbira bil-biċċiet tax-xaħam+ tas-sagrifiċċji taʼ sħubija+ u bl-offerti tax-xorb+ għall-offerti tal-ħruq. Hekk tħejja s-servizz tad-dar taʼ Ġeħova.+ 36 Għaldaqstant, Ħeżekija u n-nies kollha thennew minħabba dak kollu li l-Alla l-veru kien għamel għan-nies,+ għaliex din il-ħaġa seħħet f’daqqa waħda.+