-
Isaija 66:3Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
3 “Min qed joqtol barri hu bħal min qed joqtol raġel.+ Min qed jissagrifika nagħġa bħal min qed jikser għonq kelb.+ Min qed joffri għotja bħal min qed joffri d-demm taʼ ħanżir.+ Min qed jippreżenta inċens abjad b’tifkira+ hu bħal min qed ilissen barka bi kliem maġiku.+ Dawn huma wkoll in-nies li għażlu triqathom stess, u li ruħhom tgħaxxqet bl-affarijiet moqżieża tagħhom.+
-
-
Mattew 23:23Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
23 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti! Għax tagħtu l-għexur+ tan-nagħniegħ u l-bużbież u l-kemmun, imma injorajtu l-affarijiet li huma iktar importanti fil-Liġi, jiġifieri, il-ġustizzja+ u l-ħniena+ u l-fedeltà.+ Dawn l-affarijiet kontu obbligati tagħmluhom waqt li ma tinjorawx l-affarijiet l-oħra.
-