Proverbji
6 Ibni, jekk ftehemt li tagħmel tajjeb għad-dejn t’għajrek,+ jekk ħadt b’idejn xi ħadd stranġier,+ 2 jekk dħalt f’nassa bi kliem fommok,+ jekk inqbadt bi kliemek, 3 allura agħmel dan, ibni, u eħles lilek innifsek, għax int waqajt f’idejn għajrek:+ Mur umilja ruħek u ibqaʼ ffitta lil għajrek.+ 4 Tħallix lil għajnejk jorqdu, lanqas lil xfar għajnejk jonogħsu.+ 5 Inħeles bħal għażżiela* minn id il-kaċċatur u bħal għasfur minn id in-nassâb.+
6 Mur għand in-nemla,+ ja għażżien;+ innota drawwietha u sir għaref. 7 Għalkemm m’għandha l-ebda kmandant, uffiċjal jew ħakkiem, 8 hi tipprepara l-ikel tagħha fis-sajf;+ tiġbor il-provvisti taʼ l-ikel fil-ħsad. 9 Kemm se ddum mimdud, ja għażżien?+ Meta se tqum mir-raqda tiegħek?+ 10 Orqod ftit ieħor, ongħos ftit ieħor, imtedd ftit ieħor b’idejk marbutin,+ 11 u l-faqar jiġi fuqek bħal ħalliel,+ u l-għaks bħal bniedem armat.+
12 Il-bniedem li m’hu tajjeb għal xejn,+ il-bniedem li jagħmel il-ħsara, jimxi bit-tagħwiġ taʼ kliemu,+ 13 jegħmeż b’għajnejh,+ jagħmel sinjali b’siequ, jagħmel il-ġesti b’subgħajh.+ 14 Hemm it-taħsir f’qalbu.+ Il-ħin kollu jfassal xi ħaġa ħażina.+ Ma jagħmel xejn ħlief jaqlaʼ l-ġlied.+ 15 Minħabba f’hekk, jiġi diżastru+ fuqu għal għarrieda; jitkisser f’daqqa waħda, u ma jkunx hemm fejqan.+
16 Hemm sitt affarijiet li jobgħod Ġeħova;+ iva, sebgħa huma l-affarijiet li tistkerrah ruħu:+ 17 għajnejn imkabbrin,+ ilsien falz,+ u idejn li qed ixerrdu demm innoċenti,+ 18 qalb li tfassal pjanijiet taʼ ħsara,+ saqajn mgħaġġlin biex jiġru lejn il-ħażen,+ 19 xhud falz li jaqlaʼ l-gideb,+ u kulmin jaqlaʼ l-ġlied fost l-aħwa.+
20 O ibni, osserva l-kmandament taʼ missierek,+ u titlaqx il-liġi t’ommok.+ 21 Orbothom maʼ qalbek il-ħin kollu;+ dendilhom m’għonqok.+ 22 Meta timxi, jiggwidawk;+ meta timtedd, jgħassu fuqek;+ u meta tqum, jieħdu ħsiebek. 23 Għax il-kmandament hu musbieħ,+ u l-liġi hi dawl,+ u t-twiddib li jagħti dixxiplina huwa l-mod taʼ ħajja,+ 24 biex tiġi mħares mill-mara ħażina,+ mit-tmellis taʼ lsien il-mara barranija.+ 25 Tixtieqx ġmielha f’qalbek,+ u jalla ma taqbdekx b’għajnejha jleqqu,+ 26 għax minħabba mara prostituta tispiċċa tgħix biss fuq ħobża;+ imma fejn tidħol il-mara taʼ raġel ieħor, din hija nassa għal ħajtek l-għażiża.+ 27 Jistaʼ raġel jiġmaʼ n-nar f’ħobbu u madankollu ħwejġu ma jinħarqux?+ 28 Jew jistaʼ raġel jimxi fuq il-ġamar u saqajh ma jinxtwewx? 29 L-istess jiġrilu min ikollu x’jaqsam maʼ mart għajru;+ ma jeħlishiex mill-kastig kulmin imissha.+ 30 In-nies ma jistmerrux ħalliel sempliċement għax jisraq biex jiekol meta jkun bil-ġuħ. 31 Imma meta jinqabad, hu jrodd sebaʼ darbiet iktar; jagħti l-oġġetti kollha taʼ valur li għandu f’daru.+ 32 Kulmin jagħmel adulterju maʼ mara għandu qalbu belha;*+ min jagħmlu jkun qed jirrovina ruħu.+ 33 Sofferenza u diżunur isib,+ u l-għajb tiegħu ma jiġix imħassar.+ 34 Għax l-għira hija l-korla taʼ raġel b’saħħtu,+ u hu ma jurix mogħdrija f’jum il-vendetta.+ 35 Ma jikkunsidra l-ebda tip taʼ fidwa, u b’xejn ma jikkuntenta, ikun kemm ikun kbir ir-rigal tiegħek.