LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Levitiku 18:24
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 24 “‘Titħammġu b’ebda waħda minn dawn l-​affarijiet, għaliex b’dawn l-​affarijiet kollha tħammġu+ l-​ġnus li qed inkeċċi ’l barra minn quddiemkom.

  • Numri 35:33
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 33 “‘U tniġġsux l-​art li qegħdin fiha; għaliex hu d-​demm li jniġġes l-​art,+ u għall-​art m’hemm ebda tpattija għad-​demm li jkun ixxerred fuqha ħlief bid-​demm taʼ dak li xerrdu.+

  • 2 Kronaki 33:9
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 9 Imma Manasse+ baqaʼ jħajjar lil Ġuda+ u lill-​abitanti taʼ Ġerusalemm biex jagħmlu agħar+ mill-​ġnus li Ġeħova kien qered għalkollox minn quddiem ulied Israel.+

  • Ġeremija 3:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Hemm qawl li jgħid: “Jekk raġel ikeċċi lil martu u din titlaq u ssir taʼ raġel ieħor, għandu hu jerġaʼ lura għandha?”+

      Din l-​art mhux għalkollox tniġġset?+

      “U int ipprostitwejt ruħek maʼ ħafna ħbieb;+ u issa terġaʼ lura għandi?”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

  • Ġeremija 23:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 “Għax kemm il-​profeta u kemm il-​qassis tniġġsu.+ Sa f’dari stess sibt il-​ħażen tagħhom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

  • Lamentazzjonijiet 4:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 Minħabba d-​dnubiet tal-​profeti tagħha, l-​iżbalji tal-​qassisin tagħha,+

      Ġew f’nofsha dawk li xerrdu demm il-​ġusti.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja