LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġeremija 5:31
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 31 Il-profeti qed jipprofetizzaw bil-​qerq;+ u l-​qassisin qed jiddominaw bil-​poter li għandhom.+ U l-​poplu tiegħi kien kuntent b’dan;+ u intom x’se tagħmlu meta jasal it-​tmiem?”+

  • Ġeremija 6:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 “Għax ilkoll kemm huma, mill-​iżgħar sa l-​akbar wieħed, qed jagħmlu qligħ inġust għalihom infushom;+ u mill-​profeta sal-​qassis, ilkoll qed jaġixxu bil-​qerq.+

  • Ġeremija 14:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 Imbagħad Ġeħova qalli: “Gideb qed jipprofetizzaw f’ismi l-​profeti.+ Mhux jien bgħatthom, u la kkmandajthom u lanqas kellimthom.+ Viżjoni falza, teħbir, kliem bla siwi,+ u l-​ingann taʼ qalbhom qed jipprofetizzawlkom.+

  • Ġeremija 23:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 “Għax kemm il-​profeta u kemm il-​qassis tniġġsu.+ Sa f’dari stess sibt il-​ħażen tagħhom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

  • Lamentazzjonijiet 2:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 Il-profeti tiegħek raw għalik viżjonijiet fiergħa u bla siwi,+

      U ma kixfux l-​iżball tiegħek sabiex jiskansawlek il-​jasar,+

      Imma baqgħu jaraw għalik viżjonijiet b’dikjarazzjonijiet bla siwi u qarriqin.+

  • Mikea 3:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 Il-kapijiet tagħha jixxaħħmu biex jagħmlu l-​ħaqq,+ u l-​qassisin tagħha jitolbu l-​ħlas biex jgħallmu,+ u l-​profeti tagħha jipprattikaw it-​teħbir għall-​flus;+ u fl-​istess ħin jibqgħu jistrieħu fuq Ġeħova u jgħidu: “Ġeħova mhux f’nofsna qiegħed?+ Ebda gwaj ma jiġi fuqna.”+

  • Sofonija 3:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 Il-profeti tagħha kienu insolenti, kienu rġiel tradituri.+ Il-​qassisin tagħha kasbru dak li kien qaddis; kisru l-​liġi.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja