8 Lanqas il-qassisin ma qalu, ‘Fejn hu Ġeħova?’+ U dawk li kellhom il-liġi f’idejhom ma kinux jafuni;+ u l-istess rgħajja dinbu kontrija,+ u anki l-profeti pprofetizzaw f’isem Bagħal,+ u mxew wara dawk li ma setgħu jġibulhom l-ebda benefiċċju.+
31 Il-profeti qed jipprofetizzaw bil-qerq;+ u l-qassisin qed jiddominaw bil-poter li għandhom.+ U l-poplu tiegħi kien kuntent b’dan;+ u intom x’se tagħmlu meta jasal it-tmiem?”+
16 Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Tisimgħux il-kliem tal-profeti li qed jipprofetizzawlkom.+ Dawn iwasslukom għall-frugħa.+ Huma jitkellmu skond il-viżjoni taʼ qalbhom,+ mhux skond dak li joħroġ minn fomm Ġeħova.+
2 “Bin il-bniedem, ipprofetizza dwar il-profeti taʼ Israel li qed jipprofetizzaw,+ u għid lil dawk li qed jipprofetizzaw skond kif tgħidilhom qalbhom,+ ‘Isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova.+